Left arrow Mur Lura

Iffirmat ftehim gĦall-bini ta’ berĠa’ fiŻ-Żurrieq

PR0687
Date Icon 10/05/2007

L-Onor. Louis Deguara, Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita’ flimkien ma’ l-Onor. Helen D’Amato, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ attendew għall-iffirmar tal-kuntratt bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u l-Kunsill Lokali Żurrieq dwar il-Bini mill-ġdid tal-Berġa taż-Żurrieq. 

F’kelmtejn li għamlet l-Onor. Helen D’Amato, hija  qalet din il-Berġa ser tinbena b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern Ċentrali li ser jikkontribwixxi 85%  ta’ l-ispiża ta’ dan il-proġett u l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq li ser jipprovdi 15%. Hija qalet li din il-berġa ser tinbena mill-ġdid sabiex taqdi aħjar il-ħtigijiet u l-aspettativi tar-residenti taż-Żurrieq, billi toffri ambjent xieraq fejn ir-residenti jkunu jistgħu jinqdew b’mod aħjar. L-ispiża totali tal-bini u l-iffinalizzar ta’ din il-binja mistennijja tlaħħaq, bejn wieħed u ieħor għal Lm35,000 (€81,528). 

L-Onor. D’Amato qalet li s-sena l-oħra,  9,200 persuna għamlu użu mill-berġa, dan ifisser medja ta’ 800 persuna fix-xahar jiġifieri medja ta’ 27 persuna kuljum. 

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Komunita’ minn naħa tiegħu qal li wara li jitlesta il-proġett ta’ l-isptar Mater Dei, il-Gvern se jiffoka fuq il-kura fil-komunità u fuq servizzi ta’ kura preventiva.   

Il-bereġ, li wiehed isib f’bosta bliet u rħula mxerrdin ma’ Malta kollha, joffru servizz fil-komunità li bosta nies jużaw għax huwa fil-qrib.  Sinifikanti hu li l-Gvern qiegħed isib ukoll il-koperazzjoni ta’ diversi Kunsilli Lokali li lesti jidħlu bi sħab mal-Gvern biex jingħata dan is-servizz.  Dan mhux l-ewwel proġett ta’ din ix-xorta u l-gvern jinkoraġġixi kunsilli oħra biex jidħlu bi sħab mal-Gvern biex ikunu ta’ servizz għall-komunità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow