Left arrow Mur Lura

LAQGĦA BEJN IL-PRIM MINISTRU U RAPPREŻENTANTI TAL-MONTI TAL-BELT VALLETTA

PR0685
Date Icon 10/05/2007

Dal-għodu fil-Berġa ta’ Kastilja l-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi,  kellu laqgħa ta’ tliet siegħat u nofs ma’ rappreżentanti tal-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta mmexxijja mis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella. 

Matul dawn it-taħdidiet il-Gvern ippreżenta alternattivi differenti għar-rilokazzjoni tal-Monti tal-Belt wara li jitlesta l-proġett ta’ pavimentar fi Triq il-Merkanti li beda din il-ġimgħa. 

Il-Prim Ministru spjega li: 

1.    l-Gvern iqis li biex tassew jintrebaħ il-valur ta’ l-introduzzjoni taż-żona pedonali fi Triq il-Merkanti bejn Triq San Ġwann u Triq it-Teatru l-Antik, il-Monti għandu jkun rilokat għal Triq il-Merkanti stess qrib is-suq intern tal-Belt. 

2.   Il-Gvern iżda lest jikkunsidra li jitkabbar is-sit il-ġdid tal-Monti fi Triq l-Arċisqof jew fi Triq il-Merkanti fid-direzzjoni ta’ Triq San Kristofru u anke jibdel ir-regolamenti viġenti dwar il-Monti biex il-bejjiegħa jkunu jistgħu jkabbru l-bankarelli. 

3.   Il-Gvern offra li jinħatar immedjatament kumitat tekniku ma’ rappreżentanti tal-bejjiegħa tal-Monti biex jitħejjew pjanijiet tekniċi għas-sit il-ġdid tal-Monti li jissodisfaw il-bżonnijiet kollha ta’ l-operat tal-Monti. 

4.   Fuq il-bażi ta’ qbil dwar ir-rilokazzjoni permanenti tal-Monti għal wara li jitlestew ix-xogħlijiet, il-Gvern lest ukoll jikkunsidra alternattivi għas-sit temporanju fil-Foss ta’ San Ġakbu għal waqt li jkunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet. Dawn l-alternattivi iżda ma jistgħux jinkludu Misraħ il-Ħelsien. Dan għax il-Gvern ma jidhirlux li d-dħul għall-Belt Valletta hu lok xieraq għal suq miftuħ. 

5.   Il-Gvern offra għalhekk rilokazzjoni temporanja sakemm itulu x-xogħlijiet fil-Foss ta’ San Ġakbu stess iżda fuq in-naħa ta’ Bieb il-Belt, jew qrib Sant’Iermu jew fi Triq il-Merkanti bejn Triq l-Arċisqof u Triq San Kristofru. 

Il-bejjiegħa tal-Monti  baqgħu jsostnu l-pożizzjoni tagħhom, jiġifieri li l-Monti għandu jkun fi Triq il-Merkanti bejn Triq San Ġwann u Triq it-Teatru l-Antik u li sakemm isiru x-xogħlijiet il-Monti għandu jarma f’Misraħ il-Ħelsien. 

Il-Gvern itenni li l-bieb għat-taħdidiet kien, għadu u jibqa’ miftuħ sakemm iżda l-bejjiegħa jifhmu li l-Gvern għandu d-dmir li jieħu d-deċiżjonijiet fl-interess nazzjonali u biex ikompli jsebbaħ il-Belt Kapitali ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow