Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jikkundanna t-theddida ta’ bomba fl-Outpatiens ta’ l-Isptar San Luqa
Illum fid-9.15 ta’ filgħodu fl-iSptar San Luqa fuq il-linja ta’ l-emerġenza daħlet telefonata anonima dwar bomba fid-Dipartiment ta’ l-Outpatients li kellha tisplodi siegħa wara t-telefonata.
Immedjatament l-awtoritajiet ta’ l-isptar infurmaw il-Pulizija. Il-Pulizija flimkien ma’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar iddeċidew li jevakwaw id-Dipartiment ta’ l-Outpatiens u l-Ispiżerija ta’ l-istess dipartiment biex tkun imħarsa s-sigurtà kemm tal-pazjenti kif ukoll ta’ l-istaff.
Peress li l-awtoritajiet ta’ l-isptar ġew infurmati li l-eżerċizzju kien se jieħu fit-tul, ġie deċiż li l-pazjenti li kellhom appuntament ma jitħallewx jistennew u għalhekk intbgħatu d-dar u ġew mgħarrfa li se jingħatalhom appuntament ieħor mill-aktar fis possibbli.
Membri mill-Bomb Disposal Unit għamlu tfittxija li rriżultat fin-negattiv. Il-ħidma tal-Bomb Disposal Unit intemmet għal ħabta tal-11.15am.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità flimkien ma’ l-awtoritajiet ta’ l-iSptar San Luqa jikkundannaw bil-qawwa dan l-att irresponsabbli li jtellef u jfixkel is-servizz li kuljum, li jingħata mid-Dipartiment ta’ l-Outpatients. Atti bħal dawn jista’ jkollhom konsegwenzi fuq il-ħajja tan-nies speċjalment fuq pazjenti li jkunu qegħdin l-isptar għall-kura.
Il-Ministeru tas-Saħħa jappella għall-koperazzjoni ta’ kulħadd biex ma jirrepetux ruħhom inċidenti simili li jistgħu jkunu kaġunati minn mottivi egoistiċi jew bil-ħsieb li jagħmlu l-bsaten fir-roti lis-servizzi ta’ kura tas-saħħa mgħotija mill-iSptar San Luqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261962
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...
PR261961en