Left arrow Go Back

Ħaddiem tas-Sena TA’ L-ISPTAR Monte Carmeli

PR0652
Date Icon 04/05/2007

Din is-sena bħas-snin l-imgħoddija ġie ppremjat il-ħaddiem tas-sena minn fost l-impjegati ta’ l-isptar Monte Carmeli.  Dan sar waqt serata apposta l-Ġimgħa 4 ta’ Mejju fejn ġie premjat il-Ħaddiem tas-Sena 2006. Għall-ewwel darba ingħata wkoll premju lil aħjar team li ddistingwa ruħu matul is-sena li għaddiet. 

Is-Sur Kevin Gafa’, infermier li jaħdem fil-Mixed Admission Ward ta’ l-isptar Monte Carmeli ntgħażel bħala l-Ħaddiem tas-Sena 2006.  Is-sena l-oħra Kevin irnexxielu jikseb degree fil-Mental Health Nursing wara li spiċċa kors ta’ studju fil-Institute of Health Care. Kevin ħadem bis-sħiħ biex għall-ewwel darba, titwaqqaf għaqda għal dawk l-infermiera li jaħdmu fil-qasam psikjatriku.  L-għan ta’ din l-għaqda hu li tixxerred informazzjoni dwar ix-xogħol ta’ dawk l-infermiera li jaħdmu fil-qasam tal-kura mentali. 

Il-Community Outreach Team magħmul minn Theresa Runza (Team Leader), Louis Ferrigi, Michael Gauci, Charles Mifsud, Paulann Spiteri u Mark Vassallo ġie magħżul bħala l-aħjar team. L-Outreach Team ilu jaħdem fil-komunità għal ftit aktar minn sena.  Membri ta’ dan it-team iżuru pazjenti f’djarhom u jgħinuhom fil-problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum.  B’hekk il-pazjenti jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu f’darhom mingħajr ma jkollhom il-ħtieġa li jidħlu fl-isptar.  

L-għazla ta’ dawn il-ħaddiema hi bbażata fuq kemm juru dedikazzjoni u mpenn waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Jitqiesu wkoll l-inizjattivi li jittieħdu mill-ħaddiema nfushom u kemm ipoġġu l-pazjent fiċ-ċentru tax-xogħol tagħhom.   

Għal din is-serata attendiet udjenza numeruża u fost il-mistednin distinti kien hemm il-Ministru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor Louis Deguara u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor.  Helen D’Amato.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow