Left arrow Go Back

14% INQAS VETTURI DAĦLU L-BELT VALLETTA BEJN IS-07.00 U D-09.00

PR0631
Date Icon 02/05/2007

L-iskop ewlieni tas-sistema ‘Controlled Vehicular Access’ (CVA) huwa li jirregola d-dħul tal-vetturi fil-Belt Valletta sabiex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku, jitjieb l-ambjent ġewwa l-Belt u iktar minn hekk, ikun imħares il-wirt storiku tagħha.  

Is-sistema tas-CVA bdiet taħdem mill-llum wara li daħlet fis-seħħ il-bieraħ. L-ewwel statistika miġbura mill-Awtorita’ dwar it-Trasport turi li dan l-iskop qiegħed jintlaħaq peress li skond is-sistema CVA, kien reġistrat tnaqqis ta’ 14% fin-numru ta’ vetturi li daħlu l-Belt bejn is-7.00 u d-9.00 ta’ filgħodu meta mqabbla ma’ l-istess perijodu ta’ ħin ta’ nhar it-Tnejn 30 ta’ April. Minn naħa l-oħra, kien hemm żieda ta 1.7% fin-numru ta’ vetturi li daħlu llum bejn id-9.00 ta’ filgħodu u nofs inhar. Dawn il-ħinijet jindikaw li kien hemm aċċess wara l-bidu tal-ħin normali tax-xogħol fl-uffiċini u għalhekk wieħed jista’ jgħid li din il-figura tirrapreżenta nies li daħlu l-Belt biex jinqdew.   

Id-dħul tas-CVA hija marbuta ma’ l-introduzzjoni ta’ l-iskema Park & Ride u tas-servizz pilota ta’ Trasport Pubbliku ta’ l-Express Bus Service miż-Żurrieq u mill-Mosta. Fuq dawn iż-żewġ rotot, bejn is-6.50 u d-9.20 ta’ filgħodu, rikbu mhux anqas minn 200 passiġġier. 

Filwaqt li dan is-servizz joffri trasport dirett lejn il-Belt Kapitali f’inqas ħin, huwa ukoll maħsub biex titnaqqas il-konġestjoni fuq it-toroq li jwasslu għall-Belt. Dawn iż-żewġ rotot joffru tnaqqis medju ta’ 15-il minuta fuq kull vjaġġ li ssoltu jieħu  bejn 35 u 45 minuta. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi li qed juru biċ-ċar li huma effettivi u jistgħu joffru alternattiva għal min juża l-vettura tiegħu.  Il-ħinijiet ta’ dawn is-servizzi huma garantiti u joffru kumdita’ assoluta kif ukoll bus stops speċifiċi minn fejn jittellgħu jew jitniżżlu l-passiġġieri.   

L’Awtorita’ dwar it Trasport qiegħda ssegwi mill-qrib l-iżvilupp ta’ dan is-servizz pilota. Huwa ppjanat li dan it-tip ta’ servizz ikun estiż fuq rotot oħra minn lokalitajiet oħra.  Fl-istess ħin, l-Awtorita’ ħadet ħsieb li jkun hemm aktar karrozzi tal-linja standby f’każ li jkun hemm żieda fid-domanda.  

Is-sistema tal-Park and Ride kompliet topera b’mod regolari u llum użaw dan is-servizz iktar minn 2,200 passiġġier.  Il-sit tal-Park and Ride imtela sad-9 ta’ filgħodu u baqa’ mimli matul il-ġurnata kollha. 

Iż-Żona pedonali li ġiet introdotta llum rat toroq bħal Triq il-Merkanti u Triq Nofsinhar għall-ewwel darba vojta kompletament mit-traffiku u fejn il-pubbliku seta’ jimraħ mingħajr ostakli.  Bla dubju ta’ xejn din is-sistema li ser ikollha mpatt fuq il-mod ta’ kif wieħed kien jaċċessa l-Belt, ser tieħu ftit taż-żmien biex tindara. Madanakollu l-kummenti minn naħa tal-pubbliku u l-GRTU kienu pożittivi u nkoraġġanti.  Dan hu wieħed mill-modi ta’ kif inħarsu l-wirt storiku tagħna u jagħtina l-opportunita’ li ngawdu l-Belt Medjevali tagħna.  Il-pubbliku huwa mfakkar li aċċess għall-vetturi li jagħtu servizz fiż-żoni pedonali huwa miftuh bejn is-13.00 u l-16.00 u bejn is-19.00 u t-08.30.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Il-Ministru Byron Camilleri jirrikonoxxi s-suċċess storiku tat-timijiet Maltin tal-golf fil-Kampjonati Ewropej

PR261962

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Il-Ministru Byron Ca...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  Malta brings together 15 startups from 12 countries to advance innovation in circular electronics

PR261961en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow