Left arrow Mur Lura

FESTIVAL TA’ L-ISPORT FL-UNIVERSITÀ

pr0629
Date Icon 28/04/2006

“Il-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) jappoġġja kull inizjattiva sportiva li tittieħed mill-istudenti u tipprova tgħin permezz tal-faċilitajiet sportivi tiegħu bħal ma qed jiġri f’dan il-festival fejn il-KMS poġġa għad-dispożizzjoni tal-MUSC (Malta University Sport Club) numru ta’ ‘lanes’ fil-Pixxina Nazzjonali kif ukoll l-isquash courts.” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Louis Galea meta tkellem fil-ftuħ tal-Festival ta’ l-Isport organizzat mill-MUSC. 

Il-Festival ta’ ġurnata ġie organizzat bl-iskop li l-istudenti kollha ta’ l-Università jkollhom l-opportunità jieħdu sehem f’xi attività sportiva.  L-MUSC temmen fil-kunċett ta’ sport għal kulħadd aktar milli sport esklussiv jew elitista u għalhekk ħejjiet programm b’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet li jinkludu l-isport popolari bħall-futbol, basketball u volleyball kif ukoll xi dixxiplini mhux daqstant popolari bħas-Subboteo,abseiling, baseball, scuba diving, canoeing, Tai chi, Teakwando u oħrajn. 

L-attivitajiet kienu miftuħa għall-istudenti kollha ta’ l-Università, il-Junior College u l-MCAST.  Aktar minn 30 organizzazzjoni bejn assoċjazzjonijiet, kumpaniji u għaqdiet ta’ l-istudenti qiegħdin jappoġġjaw din l-inizjattiva ta’ l-MUSC. 

Il-Ministru qal li is-sena li għaddiet u fuq inizjattiva tas-Sur Eman Pulis, President tal-MUSC, il-KMS daħħal skema biex l-istudenti ta’ l-Università ikunu jistgħu jissieħbu mall-gym tal-Pixxina Nazzjonali bi prezz imnaqqas ferm. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow