IL-GVERN DETERMINAT LI JIŻGURA MEDIĊINI BI PREZZ ĠUST
pr0623
27/04/2006
| Il-Gvern | jixtieq isostni li huwa determinat li jiżgura li f’Malta jkun hawn mediċini bi prezz ġust. |
| Fl-istqarrija | tagħha llum, il-GRTU qed tikkonferma li l-Unjoni Ewropea tippermetti li l-Gvern jintervjeni fil-prezzijiet tal-mediċini meta s-suq ma jkunx qed jaħdem (Direttiva 89/105/EEC tal-21 ta’ Diċembru 1988). |
| Il-GRTU | qed tirrikonoxxi li l-Gvern irid jindirizza s-sitwazzjoni, fosthom billi waqqaf kummissjoni biex tistudja l-qagħda tal-mediċini u tagħmel rakkomandazzjonijiet. Kif taf tajjeb il-GRTU, din il-kummissjoni ppruvat taħdem ħafna mas-settur privat. Il-Gvern qed janalizza s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ din il-kummissjoni u ser jieħu kull pass li huwa meħtieġ biex jiżgura li f’pajjiżna jkollna l-mediċini meħtieġa bi prezzijiet ġusti. |
| Il-Gvern | jaqbel li l-aħjar mezz sabiex ikollna prezzijiet ġusti huwa suq li jkun jaħdem; madanakollu jekk dan is-suq ma jkunx qed jaħdem, u allura l-konsumatur ikun qed ibati, il-Gvern ser jintervjeni. Huwa ttamat li dawk kollha li jistqarru li jemmnu f’mezzi li jmexxu ‘l quddiem is-suq (per eżempju importazzjoni parallela u importazzjoni ta’ prodotti ġeneriċi) jkunu mal-Gvern fl-impenn tiegħu biex jiżgura mediċina bi prezz ġust fis-suq lokali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956