Left arrow Mur Lura

Previsti riżultati pożittivi fil-qasam turistiku fl-ewwel erba’ xhur tas-sena

pr0620
Date Icon 27/04/2006

Biex ma jkunx hemm spekulazzjoni bla bżonn dwar il-qagħda tas-settur turistiku f’pajjiżna, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jfakkar li din is-sena l-festa ta’ l-Għid il-Kbir ġiet ċelebrata f’April, filwaqt li s-sena l-oħra ħabtet f’Marzu. Id-data ta’ meta jiġi l-Għid il-Kbir jkollha mpatt fuq in-numru ta’ turisti li jżuru Malta f’dan ix-xahar partikolari u anke fil-perijodu tas-sena li jinkludi l-istess festa. Għalhekk ikun ferm aħjar jekk għal skop ta’ statistika Marzu u April jittieħdu flimkien u li r-riżultat staġjonali, flok jingħata għall-ewwel tliet xhur ikun għall-ewwel erba’ xhur. 

Skond ċifri li ħarġu llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, in-numru ta’ turisti li ħallew Malta bl-ajru f’Marzu 2006 kien ta’ 64,018 jew 9.3 fil-mija inqas minn Marzu 2005. L-istess ċifri juru li fl-ewwel tliet xhur it-turisti li ħallew pajjiżna bl-ajru naqsu bi 3.4 fil-mija. Ċifri maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta min-naħa l-oħra juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, il-passiġġieri li telqu minn Malta kienu 5.3 fil-mija inqas milli kienu fl-istess perijodu tas-sena l-oħra. Dawn iċ-ċifri jinkludu Maltin li siefru u għalhekk, minħabba li jirriżulta li n-numru ta’ Maltin li siefru naqas, l-ammont fit-tnaqqis ta’ turisti li żaru pajjiżna hu inqas minn dak indikat mill-MIA.  

Ċifri maħruġa mill-MIA għall-ewwel tliet ġimgħat ta’ April (1 sa 21 ta’ April) jindikaw żieda ta’ 14.5 fil-mija fil-movimenti ta’ passiġġieri mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Dawn iċ-ċifri jekk magħduda ma’ dawk ta’ l-ewwel tliet xhur mistennija jagħtu żieda inkoraġġanti fin-numru ta’ passiġġieri li żaru pajjiżna fl-ewwel erba’ xhur tas-sena. 

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jfakkar li sa mill-bidu tas-sena kien indika li fl-ewwel kwart tal-2006 kien se jkun hemm tnaqqis fin-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna. Kien indika wkoll li s-settur turistiku għandu jieħu xejra pożittiva minn April ’l quddiem. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow