L-EWWEL PJAN TA’ AZZJONI NAZZJONALI DWAR IS-SAĦĦA U KURA FIT-TUL: PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI
Is-Sistemi ta’ ħarsien soċjali jridu jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għall-kura medika u soċjali irrispettivament mid-dħul finanzjarju jew ġid li wieħed jista` jkollu filwaqt li jaċċertaw li l-kura ma tkunx ta’ piż finanzjarju fuq il-pazjent jew il-qraba tiegħu.
Bħala parti mill-Istrategija ta’ Lisbona, fis-sena 2000, il-Kunsill Ewropew nieda pjan ambizzjuż biex jeqred il-faqar sas-sena 2010, bil-għan aħħari jkun li sa dak iż-żmien l-Unjoni Ewropea jkollha socjeta’ kompletament inklussiva.
Bħala parti minn din l-istrateġija, kull Stat Membru jrid jipprepara Rapport Nazzjonali Konġunt (2006-2008) dwar l-istrateġija li jrid jaddotta għall-Inkluzjoni Soċjali, Pensjonijiet u Saħħa u Kura fit-Tul billi juża l-Metodu Miftuħ għall-Koordinazzjoni. Dan il-metodu għandu jwassal għal konsultazzjoni wiegħsa, itejjeb il-proċess kif issir il-politika u jippromwovi ftuħ, trasparenza u l-involviment tal-partijiet interessati kemm fuq livell Ewropew kif ukoll nazzjonali. Dan ir-rapport ser jindirizza l-isfidi speċifiċi tat-tlett pilastri soċjali hawn fuq imsemmija u jrid jinkludi wkoll miri speċifiċi u mizuri ta` azzjoni.
Ir-rapport fuq Saħħa u Kura fit-Tul se jkun frott ta’ proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li jinvolvi kemm jista’ jkun lil partijiet interessati fil-qasam. Għal din ir-raġuni l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ waqqaf kumitat apposta biex jikkordina l-proċess għat-tħejjija tar-rapport. Il-Kumitat hu mmexxi minn Dr. Natasha Azzopardi Muscat.
L-oġġettivi ġenerali fil-qasam tas-Saħħa u Kura fit-Tul huma l-aċċess, il-kwalita’ u s-sostenibilita’ finanzjarja, bil-għan finali li jkun assigurat li kull Stat Membru jibqa` f’pożizzjoni li jiggarantixxi aċċess għall-kura tas-saħħa ta` kwalita’ għolja ta’ kura lill-popolazzjoni kollha b’mod li ma jkunx ta’ piż finanzjarju fuqhom.
Dan il-proċess ser jiżvolġi fil-ġimgħat li ġejjin, permezz ta’ sessjonijiet ta’ ‘workshop’ minn gruppi speċifiċi u jilħaq il-qofol tiegħu f’konferenza nazzjonali fis-16 ta’ Mejju. Aktar informazzjoni tinsab fuq www.sahha.gov.mt/entities/nap.html; sit dedikat apposta biex jipprovdi informazzjoni kif ukoll biex jilqa’ kontribuzzjonijiet bil-miktub mill-pubbliku u reġistrazzjonijiet għall-konferenza. Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jinkoraġġixxi parteċipazzjoni wiesgħa kemm jista’ jkun f’dan il-proċess u jixtieq jirringrazzja bil-quddiem għall-kontribuzzjonijiet tal-pubbliku.
Other Press Releases:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956