Ebda Irregolarita’ fl-informazzjoni dwar il-kwota tal-qabda tat-tonn minn lanca partikolari
pr0586
19/04/2006
It-Taqsima għall-Konservazzjoni u Kontroll tas-Sajd fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ittenni li ma kien hemm ebda irregolarita’ fl-informazzjoni dwar il-kwota tal-qabda tat-tonn ta’ lanċa partikolari, kif ġie allegat fi stqarrija tad-Deputat tal-Partit Laburista l-Onor. Noel Farrugia.
Il-fatti huma li l-movimenti kollha tal-lanċa msemmija fl-istqarrija ta’ l-Onor. Farrugia kienu rreġistrati minn sid il-lanċa fil-log book, u dan hu skond ir-regolamenti kollha kemm lokali, ta’ l-ICCAT u ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-log book jikkonferma li l-lanċa ġiet iddikjarata li effettivament ħarġet tistad u l-qabda ta’ tonn hija dokumentata.
Stqarrijiet Oħra:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956