Left arrow Go Back

Inizjattivi li għandna nibdlu f’opportunitajiet

pr0585
Date Icon 19/04/2006

Meta kien qed jitkellem f’Seminar informattiv li sar fil-Ministeru ta’ Għawdex dwar Fondi Strutturali u programmi oħra ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech qal li fil-Ministeru kien twaqqaf direttorat li ġabar flimkien ir-riżorsi kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura, u fi ħdan l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta u li kienu dedikati għal Affarijiet konnessi ma’ l-UE. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan id-direttorat, il-“EU Affairs and Policy Development Directorate” hu responsabbli li jiggwida l-Ministeru f’affarijiet relatati ma’ l-UE u li jkun il-fulkru fl-iżvilupp tal-politika tal-Gvern fit-turiżmu, kultura u l-awdjoviżwali.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li erba’ proġetti kienu qed jiġu implimentati permezz ta’ Fondi Strutturali mill-UE. Dawn il-erba’ proġetti kienu jiswew 7.4 miljun euro. Hu qal li dawn kienu jinkludu:

·     Appoġġ għal impriżi turistiċi permezz ta’ skema ta’ għotjiet li tipprovdi 60 fil-mija tal-fondi tan-nefqa eliġibbli.

·     Il-proġett għall-konservazzjoni tat-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra.

·     Titjib fil-prodott turistiku biż-żewġ proġetti tat-Telgħa tal-Kruċifiss u Howard Gardens.

·     Taħriġ u servizzi ta’ appoġġ fit-turiżmu. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern kien qed jaħdem fuq programm għas-snin 2007 – 2013.  Hu qal li matul is-sena l-oħra l-Ministeru kien wettaq proċess ta’ konsultazzjoni fost stakeholders fil-qasam turistiku, entitajiet kulturali, organizzazzjonijiet u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jidentifikaw proġetti possibbli li jistgħu jkunu sottomessi għal fondi minn Fondi Strutturali. Hu qal li dawn il-proġetti jvarjaw minn skemi maħsuba biex jiksbu l-kompetittività, proġetti kulturali u proġetti biex jitjieb il-prodott. Hu qal li l-Ministeru kellu parti attiva fil-proċess li wassal għal Programm Nazzjonali ta’ Riforma u li qed iwassal għal ‘National Strategic Reference Framework (NSRF)’. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Ministeru u entitajiet fi ħdanu ippreparaw ukoll numru ta’ applikazzjonijiet għal fondi mill-UE għal proġetti permezz ta’ l-Interreg, fondi mill-EEA u n-Norveġja u Kultura 2000. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li waħda mill-ewwel deċiżjonijiet li ttieħdu mill-“EU Affairs and Policy Development Directorate” kienet dik għat-twaqqif tal-Media Desk. Hu qal li dan id-desk kien responsabbli għall-promozzjoni u d-disseminazzjoni tal-programm tal-media ta’ l-UE bis-settur awdjoviżiv bħala l-mira ewlenija. Hu qal li deċiżjoni oħra kienet li l-‘Cultural Contact Point (CCP)’ fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura jagħmel parti mid-Direttorat. Hi qal li r-rwol, tas-CCP hu li jipprovdi informazzjoni dwar il-programm ta’ l-UE ‘Culture 2000’ u biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni f’dan il-programm ta’ l-akbar numru ta’ professjonisti u operaturi kulturali. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-‘EU Affairs and Policy Development Directorate’ hu responsabbli għal

·     L-iscreening ta’ leġislazzjoni ta’ l-UE u għal proposti relatati ma’/jew li jaffettwaw it-turiżmu, il-kultura u l-awdjoviżiv;

·     Il-Politika Ewropea dwar it-Turiżmu li l-parametri tagħha tħabbru mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Gunther Verheugen fil-Forum Ewropew dwar it-Turiżmu li nżamm f’Malta f’Ottubru 2005;

·     Il-koordinament ta’ materji relatati mal-qalba (changeover) għall-Euro. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-‘EU Affairs and Policy Development Directorate’ hu wkoll responsabbli għall-iżvilupp tal-politika dwar il-kultura; għall-monitoraġġ u l-iżvilupp tal-politika dwar il-wirt kulturali; għall-iżvilupp tal-politika dwar it-turiżmu; għall-iżvilupp ta’ politika dwar il-low cost airlines u għall-iżvilupp ta’ politika awdjoviżiva. Hu qal li d-Direttorat qed jimplimenta wkoll programm ta’ customer care, qiegħed fil-proċess għat-twaqqif ta’ Akkademja tal-Mużika wara li nħatar steering committee biex jidderieġi it-twaqqif ta’ din l-Akkademja. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li permezz ta’ dawn il-laqgħat informattivi l-Gvern ried isaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ l-istakeholders kollha fil-qasam turistiku. Hu qal li dawn il-laqghat kienu maħsuba li jwasslu għal dawk kollha interessati b’informazzjoni prattika dwar l-operazzjonijiet tagħhom u kif dawn setgħu jiġu mgħejjuna biex itejjbu l-prodott.  

Il-Ministru Zammit Dimech appella lil dawk kollha interessati f’fondi strutturali u programmi b’fondi mill-UE biex jipparteċipaw f’dawn il-laqgħat  biex hekk ikunu jafu aktar dwar il-vantaġġi tad-diversi programmi ta’ l-UE u l-inizjattivi u kif dawn jistgħu jibdluhom f’opportunitajiet tanġibbli. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li s-settur turistiku kien settur dinamiku fejn jekk ma nżommux lilna nfusna aġġornati ma’ dak li jkun qed jiġri ’il bogħod minn xtutna ma nibqgħux kompetittivi. Hu qal li l-fondi strutturali u l-programmi ta’ fondi ta’ l-UE jgħinu lil dawk involuti fil-qasam turistiku biex jtejjbu l-prodott u s-servizzi li jkunu qed jagħtu u biex jwettqu programmi li jkabbru l-kompetittivita’ tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow