Left arrow Mur Lura

L-iskola ta’ Ħal Luqa... RAPPORT INĠUST U FALZ Fl-ORIZZONT

pr0580
Date Icon 17/04/2006

Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol jistqarr li l-artiklu li deher fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont ta’ nhar it-Tnejn 17 t’ April 2006, bit-titolu  Irranġaw, inawguraw u kissru...! u li jkompli f’paġna 3 bit-titolu  Triq Imdamdma! huwa nġust u falz.  

Mhux ta’ b’xejn li ż-żewġ titoli jispiċċaw b’marka ta’ esklamazzjoni (!), għaliex l-artikolu huwa ’l bogħod minn ġurnaliżmu serju u huwa mimli ineżattezzi. Huwa sforz inġust maħsub biss biex b’mod partiġjan, jitnaqqas il-mertu u l-valur tax-xogħol kbir li sar, u li rebaħ l-ammirazzjoni u l-ħajr ta’ kulħadd, b’mod partikolari tat-tfal u l-familji ta’ Ħal-Luqa. Dan kien proġett li l-Gvern ċentrali wettaq f’Ħal-Luqa b’investiment ta’ miljun lira.  

Ix-xogħol li qed isir fit-triq ma’ ġenb l-iskola huwa tal-Korporazzjoni Enemalta u qed isir biex jitpoġġa cable biex titħaddem is-sub-station ġdida li nbniet bħala parti mill-proġett ta’ l-iskola. Hi tassew tal-mistħija u ma titwemminx li l-ġurnalist lanqas id-diċenza jirrapporta l-unika ħaġa vera li hemm f’din l-istorja kollha, jiġifieri, il-fatt li s-sub-station ser tingħata d-dawl kif jidher ċar fir-ritratt. 

Mhux veru li  tkissru xogħlijiet jew komunikazzjonijiet li kienu lesti.  L-ebda parti ta’ l-iskola m’hi se tiġi mittiefsa minn tħaffir jew skavar.  It-trinka tasal biss sas-sub-station li tmiss mat-triq. L-FTS ħasbet biex tipprepara trinka taħt il-pavimentar tal-btiehi li minnu jgħaddi l-cable għal ġol-iswitch room ta’ l-istess skola. Dan ix-xogħol kien ippjanat minn qabel. 

Mhux veru li  t-triq saret b’ tarmak ġdid mill-Gvern ċentrali.  L-FTS ħadet ħsieb hi biex tnaddaf u neħħiet mhux inqas minn 6 vjaġġi żibel u ħmieġ mill-istess triq li l-orizzont għoġbu jippubblika ritratt tagħha.  Dan kellu jkun xogħol il-Kunsill Lokali. Wara li tlesta x-xogħol kollu ta’ l-iskola sar xogħol żgħir ta’ patching fi Triq l-Iskola speċjalment fejn kien hemm il-komunikazzjoni tas-sistema tad-drenaġġ. 

Il-kummenti tas-Sindku ta’ Ħal-Luqa huma tassew diżappuntanti meta wieħed ifakkar li l-FTS kellha tagħmel hi, xogħol suppost tal-Kunsill, biex tnaddaf it-toroq madwar l-iskola, tirranġa parti minn bankina fi Triq Sir Ugo Mifsud biswit l-iskola, (bankina li fuqha kellha munzelli ta’ tarmac magħqud li tħalla hekk għal snin sħaħ), u tiżboħ il-guard rails ta` quddiem l-iskola.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow