Left arrow Go Back

GROUND ĠDID F’SAN ĠWANN

pr0577
Date Icon 13/04/2006

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni Żgħażagħ u Xogħol li hu wkoll responsabbli mill-Isport, inawgura il-ground il-ġdid wara li ngħata wiċċ ġdid bil-ħaxix artifiċjali.  Dan hu l-akbar proġett li l-club tas-San Gwann FC ħadem fuqu mit-twaqqif tiegħu.  

Il-kumitat kien ħatar lis-Sur Dione Mercieca mill-kumpanija All Sports International biex jieħu ħsieb l-installazzjoni tat-turf kif ukoll is-sistema tal-floodlighting, il-kumpanija De Luxe Construction ħadet ħsieb xogħlijiet filwaqt li c-Central Asphaltar Ltd ħadu ħsieb xogħol ieħor fuq il-wiċċ tal-ground qabel ma ġie stallat it-turf. Il-proġett tlesta f’għaxar ġimgħat taħt id-direzzjoni tal-Perit David Xuereb flimkien mal-Perit Claire Bezzina.  

Waqt l-inawgurazzjoni tal-ground sar ukoll il-ftuħ uffiċjali tat-tnax-il edizzjoni tat-Tazza Mediterran li n-Nursery torganizza kull sena waqt il-vaganzi ta’ l-Għid. Għal din l-edizzjoni t-tournament huwa miftuħ għal sitt kategoriji li l-eta’ tat-tfal tvarja minn tmien snin sa sittax-il sena. Hu mistenni li jkun hemm madwar 700 parteċipant fosthom tim mis-Serbja kif ukoll żewġ teams minn Sqallija. F’din l-edizzjoni hemm 44 tim minn 21 Nursery lokali fejn diversi teams daħlu jikkompetu f’aktar minn kategorija waħda. It-tournament jiġi organizzat flimkien mal-Kunsill lokali u bl-appoġġ tal-Ministru għat-Turiżmu Dr. Francis Zammit Dimech.  

F’dan it-tournament qed jieħdu sehem teams mir-Republika Ċeka u Slovakka, timijiet Taljani, Ungeriżi, Serbja kif ukoll mill-Albanija. In-Nursery ta’ San Gwann FC jipparteċipaw b’mod reċiproku f’tournaments Internazzjonali oħra barra pajjiżna waqt il-vaganzi tas-Sajf.  

Il-Club issa qed iħares ’il quddiem biex ikompli jaħdem fuq miri ġodda għall-istaġuni li ġejjin. Il-Club se jkun qed iħares ukoll lejn il-programmi li toffri l-Unjoni Ewropea fejn jidħlu skambji mhux biss sportivi iżda wkoll proġetti komunitarji fejn jidħlu ż-Żgħażagħ. Din il-ħidma għandha ssir flimkien mal-Kunsill Lokali u ma għaqdiet oħra taż-Żgħażagħ tal-lokal. 

Il-Ministru Louis Galea awgura li l-club u n-Nursery ikomplu jaħdmu favur l-isport fil-lokalità ta’ San Gwann u jaħdmu flimkien ma’ l-iskola Primarja tal-lokal.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow