Left arrow Mur Lura

RISPOSTA GHAL RAPPORTI LI DEHRU FIL-MEDIA DWAR IT-TAX COMPLIANCE UNIT

pr0571
Date Icon 12/04/2006

B’referenza għal rapporti li dehru fl-istampa ta’ nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ April wara laqgħa tal-GRTU għall-hairdressers, hemm bżonn li jiġu ċċarati xi punti kif kienu rrapurtati fil-gazzetti dwar it-Tax Compliance Unit (TCU)fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi.  

1.  Ġie rrapurtat li l-hairdressers qed iħossuhom rikattati, mhedda u sfurzati mill-uffiċjali tat-TCU biex jidħlu fi ftehim għall-ħlas tat-taxxa fuq id-dħul u l-VAT.  Dan mhux kliem li jintuża fil-konfront ta’ uffiċjali pubbliċi li qegħdin jagħmlu dmirhom skond skema li nieda l-Gvern fl-2002.   

2.  L-akkużi ta’ sfurzar, theddid, eċċ huma foloz.  It-TCU tibgħat biss għal dawk it-taxpayers (hairdressers) li juru interess fl-iskema. Ta’ min jgħid hawn li l-vantaġġ ta’ din l-iskema huwa s-serħan tal-moħħ meta t-taxpayer jiġi biex jimla d-denunzja tat-taxxa. Fl-ewwel laqgħa mat-taxpayer, jiġu spjegati l-kundizzjonijiet ta’ l-iskema u l-vantaġġi, iżda wkoll xi żvantaġġi. Imbagħad kulħadd jitħalla fil-libertà. Ta’ min jgħid hawn li fil-passat, il-GRTU aċċettat din l-iskema għal setturi oħra ta’ self-employed.  

3.  Il-proċedura użata hi li t-taxpayer jintalab jipproduċi dokumenti tipiċi tan-negozju biex wieħed ikun jista’ jara l-andament tax-xogħol. Ikunu kkunsidrati wkoll spejjeż oħra, anki mingħajr dokumenti, basta dawn ikunu raġonevoli.  Minn meta ġiet imħabbra, is-surcharge tad-dawl u l-ilma dejjem kienet, u qed tkun, ikkunsidrata bħala spiża oħra fil-kalkoli.  Għalhekk, meta jkun ikkalkulat id-dħul għal kull sena fuq tliet snin bil-quddiem, dan ikun ibbażat fuq il-potenzjal tal-bejgħ preżenti, iżda jkunu kkunsidrati wkoll l-ispejjeż li jistgħu jinqalgħu matul iż-żmien ta’ l-agreement.

4.      Kull każ huwa trattat fuq il-merti tiegħu.  

5.   Kuntrarju għal dak li qed tgħid il-GRTU, tant mhux il-każ li l-impjegati tat-TCU qed jagħmlu pressjoni lil xi ħadd biex jikkonkludi xi agreement, li 27 fil-mija tal-hairdressers li s’issa resqu għal diskussjonijiet taħt l-iskema ma ffirmawx agreement.  Meta mbagħad xi ħadd minn dawn jistaqsi x’ jista’ jiġri fil-futur, ir-risposta hija dejjem waħda:  il-pożizzjoni tat-taxpayer/hairdresser hija l-istess bħal ta’ kull ċittadin ieħor f’Malta fir-rigward ta’ ħlas ta’ taxxi. Żgur li spjegazzjoni mill-uffiċjali dwar l-obbligi taċ-ċittadini ma tistax tittieħed bħala theddid.  Anzi, l-uffiċjal ikun qed jonqos jekk iħalli t-taxpayer fil-għama dwar il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm f’każ li xi ċittadin ikun investigat fi kwistjoni li għandha x’taqsam mat-taxxa tad-dħul u l-VAT.  

Għaldaqstant l-akkużi li, kif kien irrapurtat fl-istampa, saru waqt il-laqgħa tal-GRTU dwar l-imġieba ta’ l-uffiċjali tat-TCU, huma kompletament bla bażi u ta’ min jikkundannhom, l-aktar għaliex setgħu saru bl-iskop li jinfluwenzaw ħażin l-istess uffiċjali  fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow