Left arrow Go Back

Fotografu b’differenza

pr0563
Date Icon 11/04/2006

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech inawgura wirja tax-xogħlijiet ta’ Patrick Fenech li ttellgħet fil-Berġa ta’ l-Italia, il-belt Valletta. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Patrick Fenech iħares lejn il-fotografija bħala arti. Hu qal li Fenech għandu raġun, għaliex ritratt meħud tajjeb jispirak daqs pittura magħmula mid-diversi media li għandu għad-diżpożizzjoni tiegħu l-artist illum. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fil-fotografija tiegħu Fenech speċjalizza fid-dgħajsa tas-sajd Maltija bid-diversi kuluri, dwal u suriet tagħha. Hu qal li bil-wirjiet tiegħu, Fenech żar diversi pajjiżi fosthom l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, d-Danimarka u l-Brażil.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kull fejn wera x-xogħlijiet tiegħu Fenech kellu suċċess. Hu qal li dan kien jagħmel unur lilu u lil pajjiżna. Hu qal li l-artist meta jesebixxi x-xogħlijiet tiegħu u jkollu suċċess kien ambaxxatur denju ta’ pajjiżna u għalhekk kien ħaqqu kull appoġġ. 

Patrick Fenech iħares lejn il-fotografija aktar bħala arti milli bħala sengħa. Il-wirjiet tiegħu huma karatterizzati minn stili differenti għaliex hu jemmen li r-ripetizzjoni tista’ ddejjaq u tkun l-agħar għadu.  

Patrick Fenech kien sa mill-bidu nteressat fl-istorja ta’ l-arti moderna u wettaq diversi xogħlijiet ta’ tpinġija. Aktar tard, meta kellu 20 sena, ġie regalat makna fotografika professjonali  u kien hawn li sab il-medium tiegħu meta beda jitgħallem it-teknika ta’ l-iżvilupp u l-istampar tar-ritratti. 

Patrick Fenech tella’ wirjiet waħdu. “Noontime in the Boatyard” hi wirja massiva ta’ fotografija li turi dgħajjes tas-sajd Maltin. Din il-wirja ttelgħet fi New York sa l-aħħar ta’ Frar li għadda. Il-kollezzjoni ittellgħet għall-ewwel darba fil-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti, il-belt Valletta. Uħud mir-ritratti kienu wkoll għall-wiri fir-Renju Unit, id-Danimarka u l-Brażil. Filwaqt li Patrick Fenech qed ikompli jinvestiga l-post fejn jinbnew id-dgħajjes fin-narrattiva viżwali kontinwa tiegħu, hu qed jaħdem ukoll fuq edizzjoni ġdida biex iżid ma’ dak li diġa’ wettaq. 

Patrick Fenech jaħdem l-aktar mill-istudios tiegħu li jħarsu fuq il-Port il-Kbir u ma jdumx ma jniedi l-ewwel gallerija dedikata għall-arti tal-fotografija. Patrick Fenech hu wkoll wieħed mill-membri fundaturi ta’ START Contemporary Art Group, li hi magħrufa u tingħata fondi mill-Kunsill Malti ta’ l-Arti u l-Kultura. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura awgura li Patrick Fenech ikollu suċċess fil-wirja tiegħu u li jkompli jagħmel mill-fotografija, arti li tgħolli isem pajjiżna. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow