Left arrow Go Back

Wirja b’differenza fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur

pr0559
Date Icon 11/04/2006

Fil-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Birgu, Heritage Malta qed ittella’ l-ewwel wirja ta’ statwi u statwetti b’rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-wirja tibqa’ miftuħa sad-19 ta’ April u tinkludi xogħlijiet ta’ artisti ewlenin Maltin ta’ l-imgħoddi u kontemporanji. L-istatwi fil-wirja huma minn kollezzjonijiet privati u nazzjonali. 

Il-parti l-kbira ta’ l-istatwi u statwetti huma xogħlijiet artistiċi tas-Seklu 20 b’xi eċċezzjonijiet bħar-Redentur ta’ l-iskultur Alessando Algardi ta’ l-era Taljana Barokka. Dan ittieħed il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur mill-Mużew Nazzjonali ta’ l-Arti. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura Francis Zammit Dimech żar il-wirja fejn apprezza x-xogħlijiet ta’ l-arti ta’ artisti Maltin, fosthom żewġ settijiet ta’ statwetti li juri d-diversi stadji tal-Passjoni ta’ Kristu, li huma ta’ żewġ impjegati ta’ Heritage Malta. 

Il-Ministru Zammit Dimech f’kumment li ta, qal li dawn il-wirjiet juru xogħlijiet ta’ artisti Maltin filwaqt li jdaħħlu lil min iżurhom fl-ispirtu ta’ dawn il-jiem importanti fil-kalendarju tal-Knisja, li jfakkar il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu u fil-Qawmien Tiegħu mill-mewt. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li għal mijiet ta’ snin il-poplu Malti fakkar dawn  il-jiem imqaddsa b’wirjiet u b’purċissjonijiet li jsiru f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex, fejn mijiet ta’ voluntiera jipparteċipaw f’dawn il-manifestazzjonijiet. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huma wkoll attrazzjoni turistika importanti. Hu qal li dan jikkonfermah il-fatt li operaturi fil-qasam turistiku jorganizzaw ġiti għat-turisti biex iżuru l-purċissjonijiet u attivitajiet oħra marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. 

Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lill-Heritage Malta għal din l-attivita’ tagħhom u awgura li wirjiet bħal dawn ikomplu jsibu post fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow