Kundanna mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern
Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jikkundanna bil-qawwa kollha l-attakk vandalu li seħħ matul il-lejl li għadda mad-dar u l-karozza ta’ Dr Katrin Camilleri, membru tal-Jesuit Refugee Services u juri solidarjeta’ mas-Sinjura Camilleri.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg waqt li wera d-dispjacir tiegħu għal dak li ġara lil Dr Katrin Camilleri, rappreżentanta tal-NGOs fuq it-Task Force dwar l-immigrazzjoni irregolari, afferma l-impenn tal-forzi ta’ l-ordni li jagħmlu dak kollu possibbli biex min kien responsabbli għal dan l-għan, jinqabad u jappella biex min għandu xi informazzjoni dwar dan jgħaddiha lill-Pulizija.
Attakk bħal dan hi turija ta’ dgħjufija ta’ min flok juża r-raguni, juża l-vjolenza għax raguni m’għandux.
Stqarrijiet Oħra:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956