Left arrow Mur Lura

AKTAR GĦAJNUNA MILL-UNJONI EWROPEA: TWINNING LIGHT PROJECT DWAR INVESTIGAZZJONI TA’ ĦSEJJES DOMESTIĊI

pr0550
Date Icon 11/04/2006

Bħalissa għaddej proġett bi sħab bejn id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u l-Unjoni Ewropea. It-“Twinning Light Project” hu ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt it-Transition Facility Programme għal Malta ta’ l-2004. Il-finanzjament mill-Unjoni Ewropea hu ta’ 32,000 euro.

Il-proġett qiegħed jiġi organizzat mill-Euorpean Center of Public Law f’Ateni l-Greċja u t-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u jikkonsisti f’taħriġ għall-Ispetturi tas-Saħħa fuq proċeduri għall-investigazzjoni ta’ ħsejjes domestiċi u fl-użu ta’ apparat ta’ monitoraġġ ta’ l-istess ħsejjes. Dan qiegħed isir bl-għajnuna ta’ esperti mill-Greċja pajjiż, membru fl-Unjoni Ewropea.

Ħsejjes domestiċi huma ħsejjes minn sorsi esterni li jistgħu jinstemgħu minn ġewwa abitazzjonijiet residenzjali. Dawn il-ħsejjes għalkemm m’humiex ta’ dannu għas-saħħa bħal ma jistgħu jkunu ħsejjes fuq il-post tax-xogħol b’riskju għas-smiegħ, jistgħu jaffetwaw il-kwalità tal-ħajja. Ħsejjes fl-abitat bħal ma huma dawk tat-traffiku jikkaġunaw inkonvenjent għall-pubbliku, peress illi fuq medda ta’ ħin dawn jistgħu jkollhom effett fuq is-saħħa ta’ l-individwu bħal effetti fuq l-irqad.

Sal-lum f’Malta għadhom m’humiex stabiliti livelli għal dawn it-tip ta’ ħsejjes, liema livelli jkunu jistgħu jintużaw għall-investigazzjonijiet ta’ rapporti mill-pubbliku. Preżentament ilmenti rigward ħsejjes jiġu riferuti lill-Pulizija u jiġu investigati bħala ‘nuisance to neighbours’.

L-Att ta’ 2003 dwar is-Saħħa Pubblika jagħti l-poter lill-Ministru li jista’ jagħmel regolamenti dwar il-kontroll tal-ħsejjes u biex jiġu stabbiliti ‘standards’ għall-livelli ta’ ħsejjes domestiċi. Bħala parti minn dan il-proġett qegħdin jiġu mfassla dawn ir-regolamenti.

Il-proġett joffri:

• Assistenza u pariri għat-tfassil ta’ regolamenti għall-prevezzjoni u l-kontroll tal-ħsejjes domestiċi. Dawn għandhom jirreflettu l-gwidi rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, kif ukoll dawk ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lejn l-ambjent urban u t-tip ta’ bini assoċjat mal-mod ta’ għixien fl-isfond tal-klima Mediterranja.
• Assistenza u pariri biex jiġu magħżula l-aħjar proċeduri u prattiċi għall-investigazzjoni u monitoraġġ ta’ dawn it-tipi ta’ ħsejjes;
• Taħriġ addattat għall-ispetturi tas-Saħħa biex ikunu jistgħu jaddottaw proċeduri investigattivi professjonali u jgħamlu użu minn apparat apposta għal dan.
• Assistenza u pariri fuq il-management ta’ l-apparat bħal calibration u accreditation skond standards internazzjonali; u
• Assistenza u pariri kif jiġu preparati rapporti ta’ investigazzjonijiet li jsiru.

Il-proġett jaħseb biex:

1. Jiġu identifikati numru ta’ esperti (għal dan il-proġett ġew individwati erba’ esperti mill Greċja) biex jaħdmu flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipertiment tas-Saħħa Pubblika fuq issues li għandhom x’jaqsmu fuq ħsejjes domestiċi.
2. 10 Spetturi tas-Saħħa ser jiġu ttrenjati fuq il-proċeduri neċessarji.
3. Grupp ta’ erba’ Spetturi jagħmlu żjara ta’ ġimgħa fil-Greċja, fejn jassistu Uffiċjali f’dak il-pajjiż waqt l-investigazzjonijiet, jaraw l-apparat waqt l-użu tiegħu u l-informazzjoni li jipproduċi. Għandhom ukoll iżuru numru ta’ siti fejn jassistu għall-eżerċizzju ta’ monitoraġġ u investigazzjoni (din iż-żjara diġa saret).
4. Għandu jsir seminar għall-ispettorat fejn jiġu ppreżentati bl-ewwel draft tar-regolamenti u l-apparat li għandu jintuża għall-monitoraġġ tal-ħsejjes domestiċi.
5. Tingħata għajnuna mill-esperti fuq l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi biex jinxtara l-apparat meħtieġ.
6. Jingħata taħriġ fl-użu ta’ l-apparat.
7. Jiġu stabbiliti proċeduri għall-investigazzjonijiet neċessarji.

Bħalissa f’Malta hawn l-esperti barranin mill-Ġreċja biex iħarrġu grupp ta’ Spetturi Maltin

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qal li Malta qegħda tisfrutta l-opportunitajiet tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Bħalissa qiegħed isir ix-xogħol preparatorju fuq proġetti oħra finanzjati mill-Unjoni Ewropea fosthom wieħed fuq il-Bank tad-Demm u ieħor fuq il-laboratorju tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Dan kollu jgħin biex il-Maltin ikunu jistgħu igawdu stil ta’ ħajja bħall popli oħra fl-Unjoni Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow