PUBBLIKAZZJONI TAR-RAPPORT MILL-BORD TA’ INKJESTA DWAR IL-KAŻ TAL-MUDSLIDE FIX-XEMXIJA
pr0549
10/04/2006
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent illum għarraf lill-Kabinett bir-rapport tal-Bord ta’ Inkjesta li nħatar minnu biex jinvestiga l-każ tal-mudslide fix-Xemxija. Il-Kabinett iddecieda li l-Gvern għandu jippublika r-rapport immedjatament. |
| Ir-rapport | jikkonkludi li l-MEPA għandha responsabbiltà f’dak li ġara, jiġifieri li sar żvilupp illegali fuq is-sit bil-konsegwenzi li kien hemm, għaliex naqset li taġixxi b’mod determinat f’azzjoni ta’ infurzar skond il-poteri li tagħtiha l-liġi. |
| Għalkemm | fl-aħħar snin kien reġistrat titjib fl-infurzar kif juru ċ-ċifri ppublikati, dan ir-rapport ta’ inkjesta juri li għad hemm lok għal aktar titjib fl-infurzar fuq l-iżvilupp li jsir fil-pajjiż. Il-Gvern jesiġi li l-MEPA, u awtoritajiet regolatorji oħrajn, għandhom jiżguraw li fil-pajjiż ikun hemm level playing field fejn kulħadd jitqies indaqs u ħadd ma jitħalla jkun ’il fuq mil-liġi. Din hija wkoll il-konklużjoni li jasal għaliha dan ir-rapport. |
| Il-Gvern | jemmen li r-riżorsi ta’ l-infurzar tal-MEPA għandhom ikunu dedikati fuq bażi ta’ priorità, speċjalment fi proġetti maġġuri. |
| Irid | jingħad li l-Gvern beda jeżamina l-proposti li joħorġu mir-rapport li huma intiżi biex jittejjeb il-proċess ta’ l-infurzar f’pajjiżna. Il-Gvern huwa konxju mill-fatt li l-infurzar huwa proċess fundamentali fil-liġijiet ta’ l-ippjanar ta’ pajjiżna u għalhekk hu impenjat li jara li l-proċess ta’ infurzar jissaħħaħ dejjem aktar. |
| Ta’ | min jgħid li wħud mill-proposti nklużi fir-rapport diġà għaddej ix-xogħol fuqhom fosthom iż-żieda fil-multa għal min irid jissanzjona bini illegali. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kien kiteb lill-MEPA f’Novembru tas-sena li għaddiet fejn talab li jitlesta Avviż Legali biex ikun imsaħħaħ l-infurzar. Il-Gvern qed jistenna li jingħata l-kummenti tal-Bord tal-MEPA biex ikun jista’ jdaħħal fis-seħħ dawn il-proposti. |
| Il-Gvern | jinnota li r-rapport mill-Bord ta’ l-Inkjesta ma jidħolx fil-kwistjoni tas-sigurtà u d-drittijiet ta’ terzi persuni għaliex kif jgħid ir-rapport stess ”din hija materja vestita esklussivament fil-ġurisdizzjoni tal-qrati ordinarji ta’ ġurisdizzjoni ċivili u, għalhekk, dan il-Bord m’għandu l-ebda jedd jew setgħa li jinvestiga dan l-aspett.” |
| Il-Gvern hu impenjat li jara li l-iżvilupp f’pajjiżna jkun imħares | f’qafas ta’ leġislazzjoni effettiva li twassal biex jonqos kemm jista’ jkun l-impatt negattiv minn kwalunkwe żvilupp. F’dan il-kuntest, il-Gvern jistenna li l-MEPA tkun f’qagħda ideali li twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ għassiesa u tiżgura li jkun hemm rispett sħiħ lejn ir-regolamenti eżistenti. |
| Il-Gvern | jemmen li l-liġijiet eżistenti fihom provvedimenti li jwasslu għal dan il-għan, iżda fl-istess ħin il-Gvern jibqa’ dejjem dispost li jikkunsidra suġġerimenti ta’ tibdil fil-leġislazzjoni eżistenti kemm-il-darba jkun konvint li dawn iwasslu għal infurzar aħjar. |
| Il-Gvern | għadda wkoll kopja tar-rapport lill-Bord tal-MEPA biex ikun jista’ jiddiskuti dan ir-rapport u janalizza dawk il-proposti li jikkonċernaw l-operat tal-MEPA. |
| Il-Gvern | jirringrazzja lill-membri tal-Bord ta’ l-Inkjesta għall-ħidma tagħhom li wasslet biex dan ir-rapport tlesta fiż-żmien stipulat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956