Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-PRIM MINISTRU DWAR INĊENTIVI SABIEX IKOMPLI JIKBER IT-TURIŻMU LEJN PAJJIŻNA

pr0548
Date Icon 10/04/2006
Fid-diskorstal-Budget ta’ din is-sena il-Gvern wera li hemm bżonn nagħrfu li s-settur tat-turiżmu qed jinbidel; l-internet bidel il-mod ta’ kif ħafna nies qed jippjanaw u jibbukjaw il-vjaġġ tagħhom, linji ta’ l-ajru li joffru rati rħas qed jidħlu aktar fis-suq, kif ukoll żdiedu destinazzjonijiet ġodda li sa ftit snin ilu lanqas biss kienu jissemmew. Jeħtieġ li nisfruttaw dawn il-bidliet. Matul l-aħħar xhur il-Gvern eżamina diversi suġġerimenti u proposti ta’ kif nistgħu nagħmlu dan mingħajr ma nitilfu dak li bnejna b’tant għaqal.
Il-miratal-Gvern, u ta’ l-industrija ukoll, hija li jissaħħaħ it-turiżmu fix-xhur tax-xitwa u x-shoulder months. Dan rridu isir billi jiġu żviluppati r-relazzjonijiet ta’ min qiegħed diġa’ jaħdem f’dan is-settur u billi tinħoloq relazzjoni ma’ operaturi ġodda. Dawn huma l-prinċipji gwida li fuqhom il-Gvern sawwar erba’ inċentivi mmirati sabiex ikompli jikber it-turiżmu lejn pajjiżna.
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura kif ukoll l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta kienu l-mutur wara dawn l-inizjattivi li nħaddmu bil-għaqal matul ix-xhur li għaddew skond ma verament teħtieġ l-industrija tat-turiżmu u l-pajjiż b’mod ġenerali. Saru laqgħat u ttieħdu in konsiderazzjoni il-pożizzjonijiet ta’ l-għaqdiet li jirrapreżentaw l-operaturi turistiċi.
L-EwwelInċentiv
L-ewwelinċentiv huwa mmirat lejn linji ta’ l-ajru li jistgħu b’mod konkret, permezz ta’ kampanji pubbliċitarji effettivi, jżidu t-turiżmu lejn Malta fix-xitwa. L-Awtorità tat-Turiżmu se tieħu ħsieb li jkun hemm skema li tilħaq dan l-iskop.
It-TieniInċentiv
Marbutama’ din l-iskema, l-Awtorità tat-Turiżmu se tniedi website li permezz tagħha viżitatur ikun jista’ jibbukkja dawn it-titjiriet, il-lukanda u servizzi oħra bħal karrozzi tal-kiri u excursions on-line. Fil-ġimgħat li ġejjin l-Awtorità tat-Turiżmu se toħroġ sejħa sabiex jiġi żviluppat dan il-portal. Il-mira hija li l-website tkun qed topera sas-sajf li ġej.
B’danil-mod tkun qed tiġi mtejba l-kompetittività ta’ pajjiżna, u tiżdied l-intensità tal-kampanja pubbliċitarja favur Malta fl-iżjed żmien li hemm bżonn.
It-TieletInċentiv
Dinil-miżura hija mmirata sabiex jinfetħu rotot ġodda lejn Malta li permezz tagħhom jissaħħaħ it-turiżmu fix-xhur tax-xitwa. L-iskema hija miftuħa għal kull linja ta’ l-ajru, inklużi dawk li s’issa ma joperawx lejn u minn Malta. Se jkun hemm Lm 1 miljun allokati għal din l-inizjattiva.
Dinl-għajnuna lil-linji ta’ l-ajru li jkunu interessati jtiru lejn Malta għandha tgħin tiżviluppa dawn ir-rotot ġodda favur pajjiżna bħala sorsi ġodda għat-tkabbir tat-turiżmu lejn Malta kif ukoll jgħin il-kummerċ bejn Malta u dawn il-pajjiżi. F’dan l-istadju l-intenzjoni tal-Gvern hija li jiġu żviluppati dawn ir-rotot: Luton ġewwa l-Ingilterra, Basel ġewwa l-Isvizzera, Girona ġewwa Spanja, Lisbona fil-Portugall, Turin u Verona ġewwa l-Italja, Shannon jew Cork fl-Irlanda, u Varsavja fil-Polonja. Il-linji ta’ l-ajru li jkunu interessati jiżviluppaw dawn ir-rotot, abbażi ta’ proposti konkreti u miri maqbula jkunu jistgħu jużaw din l-għajnuna għax-xitwa. Il-Gvern iqis li din l-inizjattiva għandha tħajjar linji ta’ l-ajru li s’issa ma joperawx lejn Malta, inkluż il-low cost carriers il-kbar sabiex jibdew servizz lejn Malta. Malta se tiggwadanja mhux biss il-passiġġieri li ser iġorru dawn il-linji ta’ l-ajru, imma ukoll permezz tal-kampanji pubbliċitarji li jagħmlu dawn il-kumpaniji sabiex ibiegħu lil Malta bħala destinazzjoni ġdida fuq in-network mill-aktar effettiv tagħhom.
Dawnl-iniżjattivi huma mmirati sabiex b’mod dirett inżidu in-numru ta’ turisti li jżuruna fix-xhur tax-xitwa propju meta l-aktar għandna bżonn it-tkabbir fl-għadd ta’ turisti li jżuruna.
It-Raba’Inċentiv
Il-Gvernirid ukoll jgħin l-industrija lokali tkun aktar kompetittiva. Għal dan il-għan, l-kontribuzzjoni li l-operaturi turistiċi kollha jħallsu lill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta ser titnaqqas bin-nofs mis-sena d-dieħla. L-effett ta’ din l-inizjattiva huwa li l-Gvern ser iħalli nofs miljun lira, li qabel kienu jiġu mħaddma mill-Awtorità tat-Turiżmu, biex jiġu amministrati direttament mill-industrija tat-turiżmu. Dan għandu jkun stimolu lill-operaturi sabiex anke huma iżidu l-impenn tagħhom sabiex inġibu dejjem iżjed ‘il quddiem is-settur tat-turiżmu, anki permezz ta’ iniżjattivi ġodda ta’ marketing.
Il-finanzjamentta’ dawn l-inizjattivi
Mis-senad-dieħla i-Gvern ser iżid b’nofs miljun lira l-allokazzjoni lill-Awtorità tat-Turiżmu. Min-naħa tagħha l-Awtorità ser tiddedika fondi għal dawn l-inizjattivi ġodda. Parti minn dawn il-fondi ġejjin mis-sitt mitt elf lira spejjeż amministrattivi li ffrankat l-Awtorità permezz tar-ristrutturar li wettqet.
Fil-ġranetli ġejjin il-Gvern ser jiddiskuti d-dettalji ta’ dawn l-iskemi mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun assigurat li kull skema hija kompatibbli mar-regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dawnl-inizjattivi għandhom jgħinu b’mod dirett l-industrija tat-turiżmu billi jtejbu il-kompetittivita’ ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika, jżiedu il-preżenza ta’ Malta u l-faċilita ta’ booking fuq l-Internet u iżidu l-media exposure favur Malta. Dan qed isir billi jiġu mgħejjuna kemm l-operaturi li diġa’ jaħdmu fl-industrija tagħna kif ukoll billi nħajru operaturi ġodda mingħajr ma ninsew lil min ilu jaħdem għal mill-anqas dawn l-aħħar erbgħin sena biex jibni flimkien magħna l-industrija tat-turiżmu.
F’danil-qafas, il-Gvern irid jagħmel referenza għall-Air Malta. L-Air Malta għandha rwol strateġiku fl-iżvilupp ta’ pajjiżna, partikolarment fl-industrija tat-turiżmu. Dan huwa rifless anke fil-pożizzjonijiet li ħadu l-għaqdiet li jirrapreżentaw lill-operaturi fis-settur. Il-Gvern għandu d-dmir jassigura li l-Air Malta tibqa’ sostenibbli. Ir-ristrutturar li sar fl-Air Malta għen għal dan l-iskop; madanakollu l-Gvern iħoss li għandu jsir iżjed sabiex jassigura l-futur ta’ din l-azjenda. L-Air Malta hija l-uniku linja ta’ l-ajru li bil-liġi trid tħallas kontribuzzjoni lill-Awtorità tat-Turiżmu, kontribuzzjoni ta’ Lm 300,000 fis-sena. Il-Gvern iddeċieda li jneħħi dan l-iżbilanċ kontra l-Air Malta, u li ma kien qed jinġarr minn ebda linja oħra ta’ l-ajru. Għalhekk l-Air Malta m’hiex se tibqa’ tħallas il-kontribuzzjoni. L-Air Malta se tirċievi lura wkoll il-kontribuzzjoni li ħallset minn meta dħalna fl-Unjoni Ewropea. Dan għandu jgħin lil Air Malta sabiex, waqt li nibqgħu nsegwu dak li tkun għaddejja minnu din il-kumpanija, tkompli tkattar l-attività tagħha u tiġbed aktar turisti lejn Malta.
Is-suċċessta’ dawn il-miżuri se jkun jiddependi fuq kemm se naħdmu flimkien biex nirnexxu, fuq kollox fuq kemm sejrin inkunu kapaċi li lkoll niġbdu ħabel wieħed u f’direzzjoni waħda, għall-ġid ta’ Malta li nemmnu fiha u ngħożżu bis-serjetà.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow