Left arrow Go Back

Il-‘Missha’ tiftaħ f’Malta l-ewwel ħanut tagħha fl-Ewropa

pr0540
Date Icon 08/04/2006

‘Missha’, kumpanija Koreana li tispeċjalizza fil-kosmetika, temmen li l-kosmetiċi m’għandhomx jiswew ħafna flus jew li jkunu affarijiet ta’ lussu iżda prodotti ta’ kuljum. Temmen li fid-dinja tal-lum s-sbuħija u l-‘wellness’ jimxu flimkien u għalhekk iħarsu lejn is-saħħa u li tgħix tajjeb bħala ċ-ċentru tas-sbuħija interna. 

‘Missha’ bniet in-negozju tagħha f’dawn l-aħħar tliet snin. Illum għandhom 95 ħanut fil-Korea, l-Istati Uniti, Awstralja, Singapore, Tajwan, Hong Kong, Messiku, Mongolja, Vjetnam, Ġappun u Tajlandja. ‘Missha’ se jiftħu wkoll ħwienet fiċ-Ċina, l-Indonesja u l-Malasja. 

Il-ftuħ ta’ ħanut f’Malta se jkun l-ewwel wieħed ta’ ‘Missha’ fl-Ewropa. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech inawgura l-ħanut il-ġdid ‘Missha’ fi Triq Bisazza, Sliema. Hu qal li ż-żieda ta’ Malta mal-katina ta’ ħwienet li l-‘Missha’ għandha fid-dinja kien indikazzjoni li pajjiżna qiegħed jitqies dejjem aktar bħala ċentru kummerċjali u turistiku fl-Ewropa u fil-Mediterran.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-kunċett tal-‘Missha’ li teknoloġiji innovattivi u ingredjenti ta’ kwalita’ għandhom ikunu aċċessibbli billi jintalbu prezzijiet raġjonevoli, kien wieħed validu u ta’ min jinkorraġġieh għaliex kien biss billi jinżammu l-prezzijiet raġjonevoli li l-individwu seta’ jixtri dak kollu meħtieġ biex jidher u jħossu aħjar. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fil-mod kif kien qed jitmexxa s-settur turistiku llum, il-qasam tal-‘wellness’ kien wieħed li kien qed jingħata importanza kbira. Hu qal li kien hemm diversi lukandi li diġa’ kienu jagħtu servizzi marbuta ma’ dan il-qasam turistiku ġdid. Dan kien qiegħed ippoġġina fuq il-mappa ta’ pajjiżi fejn il-kura ta’ saħħet il-bniedem kienet qed titpoġġa fuq quddiem fis-servizzi li jingħataw. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien persważ li dan il-ħanut ġdid kien se jagħti servizz sew lill-Maltin kif ukoll lit-turisti. Hu awgura lil ‘Missha’ kull suċċess f’din l-inizjattiva tagħhom. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura rringrazzja lill-promoturi u diretturi tal-‘Missha’ għall-inizjattiva tagħhom, fosthom lil Nirvana Azzopardi u Matthew Calascione.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow