Left arrow Go Back

IT-TFAL GĦANDHOM IMORRU L-ISKOLA NORMALI

pr0539
Date Icon 08/04/2006

Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tixtieq tgħarraf lill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola primarja ta’ l-Isla li m’hemm l-ebda periklu għas-saħħa tat-tfal meta nhar it-Tnejn li ġejjin imorru l-iskola bħas-soltu. 

Id-Diviżjoni kompliet issegwi l-każ ta’ l-infezzjoni ta’ l-Epatite A ta’ tliet it-tfal minn din il-lokalita`.  

Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jinsisti li din il-kundizzjoni ma hix forma gravi ta’ Epatite, u normalment titfejjaq faċilment prattikament bla intervent mediku, u ma tħallix konsegwenzi.  L-aqwa arma kontra l-Epatite A hi l-indafa u l-iġenje. Hu għalhekk li d-Dipartiment jirrakkomanda l-ħasil sew ta’ l-idejn u l-indafa tal-persuna bħala prekawzjoni elementari kontra l-infezzjonijiet. 

Bħala prekawzjoni d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed ilaqqam b’xejn it-tfal tal-klassi, l-għalliema u l-ħaddiema, u l-familjari li setgħu kellhom kuntatt mat-tfal konċernati. 

Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jerġa` jinforma lill-għalliema u lill-ġenituri tat-tfal li jattendu fl-istess skola li ma hemm ebda periklu għas-saħħa u ma hemm l-ebda raġuni għaliex it-tfal ma jattendux l-iskola. 

Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, filwaqt li ser tkompli issegwi l-każ flimkien ma’ l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika, isserraħ moħħ kulħadd li ttieħdu l-passi kollha neċessarji, li m’hemmx periklu għat-tfal, għalliema u ħaddiema ta’ l-iskola, u li t-tfal m’għandhomx jiġu impressjonati ħażin u jiġu mtellfa ġurnata skola. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Il-Ministru Anton Refalo jżur il-proġett tat-trobbija u r-ripopolazzjoni tar-rizzi tal-baħar f’Torri San Luċjan

PR261957

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Malta tlaqqa’ esperti Ewropej dwar l-inklużjoni tat-tfal b’diżabilità u s-sostenn lill-familji tagħhom

PR261956

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow