MIŻURI DWAR KAŻI TA’ EPATITE A
Wara li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ġie infurmat bit-tielet każ ta’ Epatite A fuq tlett itfal u li hemm indikazzjoni li dawn it-tliet każi huma relatati ma’ xulxin, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika ħass li għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex tiġi kkontrollata l-possibiltà li din il-marda tkompli tinfirex.
Id-Dipartiment ħa ħsieb li jlaqqam lil dawk il-persuni li kienu f’kuntatt dirett mat-tliet każijiet.
Malli feġġ l-ewwel każ id-Dipartiment beda jinvestiga biex jipprova jasal għas-sors ta’ l-infezzjoni.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tixtieq tinforma lill-għalliema u lill-ġenituri tat-tfal li jattendu fl-istess skejjel fejn feġġew il-każi li ma hemm ebda periklu għas-saħħa u ma hemm l-ebda raġuni għaliex it-tfal m’għandhomx ikomplu jattendu l-iskola.
Id-Diviżjoni għal darb’oħra tagħti parir lill-pubbliku biex josserva prattiċi bażiċi ta’ iġjene, l-aktar il-ħasil ta’ l-idejn biex jiġu evitati infezzjonijiet.
Other Press Releases:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956