IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-KANĊILLIER WOLFGANG SCHUSSEL U WARA JIPPARTEĊIPA FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U L-FINANZI TA’ L-UNJONI EWROPEA
pr0530
06/04/2006
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għal Vienna għall-laqgħa mal-Kanċillier Awstrijak Wolfgang Schussel.
Wara, il-Prim Ministru ser jipparteċipa fil-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, Tonio Fenech, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Alfred Camilleri u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Michael Bonello.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta s-Sibt, 8 ta’ April.
Other Press Releases:
PR261957
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261956