Left arrow Mur Lura

ĊENTRU TA’ TAĦRIĠ GĦALL-GĦALLIEMA TAD-DISINN U TEKNOLOĠIJA

PR999
Date Icon 14/06/2004

Bħala parti mill-programm tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Zghazagh u Mpjiegi, biex is-suġġett tad-Disinn u Teknoloġija (Design and Technology) jidħol fl-iskejjel sekondarji kollha ġie immodernizzat u mgħammar ċentru ta’ taħriġ għall-għalliema u tekniċi li jgħallmu dan is-suġġett fl-iskejjel. 

Iċ-Ċentru jinsab fin-Naxxar u jinkludi diversi laboratorji għall-elettronika, metall, injam, plastik, tessuti u ikel.  Sas-sajf iċ-Ċentru se jkollu wkoll laboratorju tal-kompjuters u workshop għat-taħriġ tat-tekniċi.  Iċ-Ċentru se joffri l-opportunita’ biex għall-ewwel darba isir taħriġ fuq apparat u makkinarju li jaħdem il-plastik.  Dan sar possibbli peress li nxtara apparat gdid li bħalu se jkun hemm ukoll fl-iskejjel sekondarji kollha.   

Waqt il-ftuħ uffiċjali taċ-Ċentru, il-Ministru qassam ċertifikati lil 78 għalliem li volontarjament attendew kors organizzat mill-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal ċertifikazzjoni fit-tagħlim tad-Disinn u t-Teknoloġija.  Dawn l-għalliema qabel kienu jgħallmu suġġetti differenti jew sengħa partikolari.  Issa se jgħallmu s-suġġett tad-Disinn u Teknoloġija li jinkludi fost oħrajn l-użu ta materjali differenti bħall-injam, metall u plastic, kif ukoll l-elettronika, ikel u tessuti.  

Il-Ministru Louis Galea tkellem dwar l-iżvilupp li qed iseħħ fis-suġġett tad-Disinn u t-Teknoloġija li bħalissa qed jiġi mgħallem f’sitt skejjel sekondarji li ġew mgħammra b’laboratorji tat-teknoloġija. Louis Galea qal li aktar ma jkun hemm studenti li jgħażlu dan is-suġġett, aktar ikun hawn żgħażagħ li għandhom bażi wiesgħa u soda biex biha ikomplu l-istudji tagħhom.  Louis Galea qal li l-mira hi li l-iskejjel kollha fil-livell sekondarju, inkluż il-Junior Lyceums, jaslu biex joffru dan is-suġġett.  Dan għandu jwassal biex anke studenti li jagħżlu linja aktar akkademika ikollhom għarfien teknoloġiku. Il-Ministru qal li l-Gvern qed jagħmel investiment ta’ mijiet ta’ eluf ta’ liri biex l-iskejjel kollha fil-livell sekondarju, bniet u subien, ikunu mgħammra b’laboratorji tat-teknoloġija ta’ kwalita’. 

Louis Galea tenna li t-teknoloġija trid tkun fil-qalba tal-Kurrikulu u għalhekk diġa’ qed jiġi pruvat u evalwat programm fl-iskejjel primarji.  Filwaqt li diġa’ sar it-taħriġ ta’ għalliema tal-primarji ta’ l-istat dan, is-sajf stess se jsir ukoll taħriġ għall-għalliema ta’ l-iskejjel primarji tal-Knisja u dawk indipendenti.  Louis Galea qal li l-Gvern hu kommess li jkompli jippromwovi dan is-suġġett u jagħti l-appoġġ biex il-programm ikompli jissaħħaħ u jinfirex.  Hu qal li bħalma s-suġġett tal-kompjuters infirex fl-iskejjel kollha u illum bdejna naħsdu l-frott ta’ dan l-investiment, hekk ukoll l-investiment li qed nagħmlu llum fis-suġġett tad-Disinn u t-Teknoloġija għad irid iħalli hafna frott għall-edukazzjoni u l-ekonomija tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow