Left arrow Mur Lura

130 APPLIKAZZJONI ĠDIDA GĦAL STABBILIMENTI TA’ L-IKEL F’SENA

PR991
Date Icon 10/06/2004

Meta inawgura r-Ristorante Fumia f’tas-Sliema, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-istabbilimenti ta’ l-ikel kienu parti essenzjali mill-infrastruttura tas-settur turistiku u għalhekk ried isir kull sforz biex inżommu l-livelli li ksibna tul is-snin u ntejjbuhom. Hu qal li ristoranti tajbin kienu parti essenzjali tal-prodott turistiku partikolarment fl-isforzi li qed nagħmlu li ninkoraġixxu jiġu fostna turisti li jonfqu aktar.

Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li f’Malta għandna kwazi elf ristorant (996) li bejniethom iservu 42,000 (41,893) persuna. Hu qal li kien hemm erba’ kategoriji ta’ ristoranti, tliet kategoriji ta’ ristoranti speċjalizzati, erba’ kategoriji ta’ snack bars u take aways.  Hu qal li s-sena l-oħra saru 1,876 applikazzjoni ġdida mal-Licensing Administration Section ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għall-ħruġ ta’ liċenzji fis-settur turistiku. Hu qal li minn dawn 130 kienu għal stabbilimenti ta’ l-ikel.

Francis Zammit Dimech qal li sforzi oħra kienu qed isiru biex pajjiżna jkun ċentru gastronomiku. Dan kien jirrekjedi miżuri biex ikun mkejjel il-prodott offrut u biex dan ikun servut b’mod professjonali. Hu qal li f’dan ir-rigward il-ħidma mwettqa mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi hi waħda importanti għaliex hi maħsuba biex ikollna żgħażagħ imħarrġa fit-tisjir, fil-preżentazzjoni u anke fil-tqassim ta’ l-istess ikel. Francis Zammit Dimech qal li f’dan l-Istitut kien isir taħriġ fuq bażi part-timeu full-time.  Hu nnota li korsijiet part-time kienu ddisinjati speċifikament biex jipprovdu taħriġ lil ħaddiema fis-settur li ma kellhomx l-opportunita’ li jirċievu taħriġ formali. Hu qal li mingħajr taħriġ ma jkollniex persuni mħarrġa f’qasam hekk importanti għas-settur turistiku u għall-ekonomija.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li ristoranti aħjar kienu jżidu l-kuntentizza tat-turist li jżurna u jwasslu għal turiżmu ta’ kwalita’. Hu qal li ftit taż-żmien ilu kien nieda għall-ewwel darba l-Best Maltese Food Restaurant Award biex tkun inkoraġġita l-kċina Maltija. Hu qal li kien ta’ pjaċir jsegwi kompetizzjonijiet fuq skala tas-Salon Culinaire du Malte, li nieda l-ktieb ta’ Pippa Mattei “25 Years in a Maltese Kitchen”, li jsegwi ‘chefs’ Maltin jikkompetu lokalment u barra l-pajjiż u jiksbu unuri għalihom u għal pajjiżhom. Daqshekk ieħor kien pjaċevoli meta ħabbar li lecturer fl-Istitut Malti għat-Turiżmu, Richard Pons, ingħata ċertifikat tal-Guinness World Record għall-akbar numru ta’ cocktailsippreparati  f’siegħa.

Francis Zammit Dimech qal li l-ħeġġa li biha l-imprendituri Maltin u dawk kollha li jaħdmu fis-settur ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ikel kienu jaħdmu kienet timlieh bil-kuraġġ għaliex hi ta’ indikazzjoni li f’dan il-qasam hekk importanti qegħdin naġġornaw dan is-settur kontinwament biex nagħtu lill-Maltin u lill-barranin li jżuruna ikel bnin u servizz mill-aqwa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow