BINS ĠODDA TUL IX-XTAJTIET
PR987
11/06/2004
F’dawn il-jiem ħaddiema mit-taqsima tal-beach cleaners tad-Dipartiment tat-Turiżmu, qed ipoġġu bins ġodda tul ix-xtajtiet ta’ Malta. S’issa tqiegħdu 80 bin, 55 minnhom fil-bajja tal-Għadira.
Il-bins inħadmu mill-ħaddiema tal-workshop ta’ l-istess taqsima. Dawn jitnaddfu kuljum, inkluż fil-weekends u festi. It-Taqsima tal-beach cleaners fiha 110 ħaddiem li 30 minnhom ġew trasferiti magħha mit-Tarzna.
Minn din is-sena, l-bajjiet baqghu jitnaddfu anke fix-xitwa. L-istess ħaddiema għamlu wkoll xogħol ta’ manutenzjoni, żebgħa u tibjid fil-bajjiet. It-Taqsima qed tappella biex dawn il-bins jintużaw bil-għaqal u ma ssirilhomx ħsara.
Other Press Releases:
PR261939
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...
PR261938en