RISPOSTA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO WARA Z-ZJARA TAL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI FIZ-ZONA INDUSTRIJALI TA’ FORT ROAD, FIL-MOSTA
PR983
10/06/2004
B’riferenza ghaz-zjara tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, l-Onor. Dr. Alfred Sant fiz-Zona Industrijali ta’ Fort Road, il-Mosta, is-Segretarju Parlamentari ghan-Negozji Zghar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo qal li t-tender ghall-kostruzzjoni tat-toroq fil-fatt inhareg.
Dan seta’ jsir wara li f’din iz-zona partikolari, inghelbu numru ta’ problemi.
Kif gie mwieghed, tlestiet il-pompa tad-drenagg biex isservi lill-intraprizi ta’ din iz-zona, gew identifikati l-kuntratturi koncernati, u bhalissa ghaddej il-process mid-Dipartiment tal-Kuntratti qabel ma jkun jista’ jinbeda’ x-xoghol.
Dan il-progett ser jigi jiswa aktar minn Lm285,000.
Stqarrijiet Oħra:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938