KUNDANNA GĦAL ATT VANDALU FUQ PROĠETT PILOTA TA’ SAFE SCHOOLS ZONE QRIB SKOLA F’RAĦAL ĠDID
Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq jikkundanna bil-qawwa kollha att vandalu li seħħ il-lejl li għadda fi Triq is-Sorijiet f’Raħal Ġdid fejn nhar it-Tlieta kien għadu kemm tlesta proġett pilota li għandu l-għan li jnaqqas il-periklu mit-traffiku f’toroq fil-viċinanzi ta’ skejjel.
Il-xogħol fuq il-proġett pilota qed isir fuq inizjattiva ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta u qed isir bi sħab mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid.
Il-progett pilota li qed jissejjaħ Safe Schools Zone huwa immirat lejn it-tfal, li huma meqjusa bħala wieħed mill-aktar setturi vulnerabbli fost dawk li jużaw it-toroq. L-għan hu li titnaqqas il-veloċita’ tal-karozzi għaddejjin mit-triq bid-dħul ta’ miżuri għat-treġija tat-traffiku. Fost dawn hemm rumble strips li l-għoli tagħhom ma jaqbiżx it-8 millimetri u li għalhekk jistgħu jintużaw f’żoni residenzjali. Miżura importanti oħra viċin il-pedestrian crossing hija l-kisi ta’ 20 metru fuq kull naħa tat-triq b’materjal ta’ lewn aħmar li joffri livell ta’ grip għoli mat-tyres tal-vetturi.
L-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta ser tkun qiegħda ddaħħal proġetti pilota simili f’lokalitajiet oħrajn fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-proġett jinvolvi l-monitoraġġ għal tul ta’ żmien tal-materjali ġodda wżati biex jiġi evalwat l-impatt tat-traffiku. Kien propju waqt dan il-monitoraġġ dal-għodu li uffiċjali ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport indunaw li xi ħadd tefa’ żejt maħruq fuq it-tyre-grip.
Il-tebgħa li ħalla dan iż-żejt fuq il-wiċċ tat-tyre-grip ma tistax titneħħa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938