Left arrow Mur Lura

ALLEANZA STRATEGIKA BEJN IL-GVERN U L-KORPORAZZJONI MICROSOFT

PR974
Date Icon 09/06/2004

Iffirmat it-tieni ftehim ta' koperazzjoni b'aktar inizjattivi biex tinbena' s-Socjetà Maltija ta' l-Informazzjoni

Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet preseduta mill-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi, il-Ministru ghat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt u l-Vici-President Anzjan u Kap Ezekuttiv tar-Regjun ta' l-Ewropa, l-Afrika u l-Lvant Nofsani tal-Microsoft, Jean Philip Courtois, iffirmaw ftehim li holoq alleanza strategika bejn il-Gvern Malti u l-Korporazzjoni Microsoft.

Dan il-ftehim izid mal-beneficcji ta' l-ewwel ftehim iffirmat bejn iz-zewg nahat f'Parigi fi Frar 2003 fil-prezenza tal-fundatur tal-Microsoft, Bill Gates.

L-ewwel ftehim kien haseb ghal:

1. kundizzjonijiet vantaggjuzi ghall-hlas tal-licenzji tal-kompjuters fuq l-iskrivaniji ta' l-impjegati tal-Gvern;

2. il-finanzjament tar-ricerka u l-izvilupp tas-sistema ta' l-identità elettronika;

3. il-finanzjament tar-ricerka u tal-holqien ta' l-istrutturi kollha fil-Gvern biex it-teknologika li juza' l-Gvern ma tkunx esposta ghal perikli jew abbuz;

4. l-access ghas-source codes tas-software tal-Microsoft;

5. il-holqien ta' verzjoni Maltija tal-Microsoft Windows XP u l-Microsoft Office Professional, li qed jitlesta bhalissa;

6. it-twaqqif ta' l-Akkademji ta' tahrig tal-Microsoft li bdew fl-MCAST u jekk iriduhom, jistghu jifthu wkoll fl-Università u fil-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig;

7. 4,000 kopja tal-Microsoft Encarta ghall-iskejjel kollha primarji u sekondarji f'Malta; …/… 8. ghajnuna f'finanzi, tahrig u apparat lill-Pulizija biex tiggieled il-piraterija, tant li llum il-Business Software Alliance tiggudika li l-piraterija f'Malta naqset b'aktar min-nofs u hi ahjar mill-medja Ewropea;

9. u s-software b'irhis lil 30,000 student Malti.

Dan il-ftehim kien ghal tlett snin u kien konkluz ftit granet qabel l-elezzjoni t'April 2003. Kien hemm qbil bejn iz-zewg nahat li meta f'Mejju 2004, Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea, iz-zewg nahat jiltaqghu biex jiddiskutu ftehim iehor li jkun mahsub biex jisfrutta bl-ahjar mod l-opportunitajiet tas-shubija fl-Unjoni Ewropea. Dawn l-opportunitajiet huma kemm ghall-Microsoft f'Malta, li tista' tara ritorn akbar ghall-investiment taghha minhabba l-access ghas-suq wahdieni, kif ukoll ghal Malta stess minhabba l-uzu tal-programmi Ewropej li, mhalltin ma' l-investiment tal-Microsoft, jistghu jissarfu fl-akbar beneficcju bl-anqas spiza.

Il-ftehim il-gdid, li m'hux ftehim esklussiv, hu validu ghal hames snin.

Dan ifisser li l-prezzijiet vantaggjuzi ghal-licenzji ghas-software li juza l-Gvern huma ffissati sa l-2009 b'garanzija ta' tnaqqis sostanzjali fl-ispiza pubblika. Barra minn hekk, innovazzjoni f'dan it-tieni ftehim hi li l-kundizzjonijiet vantaggjuzi li qabel kienu ghall-Gvern biss, issa gew estizi ghall-entitajiet pubblici fil-Ministeru ghat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment.

Dan ser jissarraf fi tnaqqis sostanzjali fl-ispiza amministrattiva ta' kumpaniji bhall-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma, l-Enemalta u l-Gozo Channel Company Limited fost ohrajn. Apparti minn hekk, dan il-ftehim jaghmel aktar kompetittivi kumpaniji bhall-Air Malta u l-Maltacom, fost ohrajn. Finalment dawn il-beneficcji jsibu rwiehhom fil-prezz li dawn l-azjendi jzommu lill-klijenti taghhom bl-istess logika li t-tnaqqis fl-ispiza amministrattiva tal-Gvern li kiseb dan il-ftehim hu rifless fl-ispiza fiskali tal-poplu Malti.

Minbarra f'dan, il-ftehim il-gdid bejn il-Gvern u l-Microsoft holoq alleanza strategika bejn iz-zewg nahat li tinkludi inizjattivi t'investiment dirett fis-socjetà u l-ekonomija Maltija ta' l-informazzjoni. Investiment fl-edukazzjoni u fil-glieda kontra l-firda digitali.

Il-Microsoft ser tinvesti fis-settur edukattiv Malti biex tinbena f'Malta s-socjetà ta' l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni.

1) Flimkien mal-Ministeru ghat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment, Microsoft ser tghin biex jinfethu madwar Malta Centri ta' Tahrig u Taghlim fil-Kommunità li ser jipprovdu lill-pubbliku access ghall-broadband Internet u ghal tahrig fl-uzu tat-teknologiji.

2) Microsoft ser tipprovdi b'xejn software ghal tfal u studenti b'dizabilità biex juzawhom fl-iskejjel.

3) Microsoft ser tipprovdi b'xejn software biex jintuza fuq kompjuters riciklati li juzaw Ghaqdiet M'hux Governattivi.

4) Microsoft ser tharreg a spejjez taghha, persuni li jaghlmu fl-Akkademji dwar it-Teknologiji fl-MCAST, fl-Università u fil-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig.

5) Microsoft ser thallas biex l-Università u l-MCAST jidhlu fil-Microsoft Cambridge Research Programme, biex studenti Maltin jircievu finanzjament dirett ghar-ricerka u t-tahrig.

6) Microsoft ser thallas biex l-Università u l-MCAST jidhlu fl-Imagine World Cup biex studenti Maltin jikkompetu ma' l-aqwa studenti fid-dinja fil-qasam ta' l-innovazzjoni teknologika biex ghat-tajbin nett jinfethu bibien madwar id-dinja kollha.

7) Microsoft ser tghin lill-Ministeru ghat-Teknologija ta' l-Investiment u lill-MCAST biex jinholoq Centru t'Ghajnuna ghall-iskejjel meta dawn ikollhom problemi huma u juzaw il-kompjuter;

8) Microsoft ser thallas u ghall-hames snin li gejjin ser thaddem Innovative Teachers Portal li jkun mahzen ta' kontenut bil-Malti ghall-ghalliema kollha Maltin fl-oqsma kollha tat-taghlim fil-livelli kollha ta' l-edukazzjoni. Dan il-mahzen jippermetti li l-ghalliema kollha jaqsmu bejniethom l-informazzjoni u l-kontenut b'heffa u minghajr dewmien biex tkompli tittejjeb l-eccellenza fl-edukazzjoni li noffru 'l uliedna.

9) Microsoft ser twaqqaf f'Malta ICT Skills Academy Centre biex tharreg lil dawk li jharrgu lill-ghalliema. Dan il-programm ghalhekk hu l-aktar mahsub ghall-ghalliema ta' l-Università biex jghinhom juzaw it-teknologiji fit-taghlim tas-snajja' pedagogici.

10) Fil-qasam specifiku tat-taghlim dwar it-Teknologiji Microsoft ser tiffinanzja s-sehem tal-Gvern f'dawn il-Programmi:

i) Foundation ICT Skills (Primarja Snin 5 sa 6); ii) Using Desktop IT (Sekondarja Snin 1 sa 4); iii) Helpdesk Support (Sekondarja Snin 4 sa 5; MCAST); iv) ICT-peer coach (MCAST; Università; Ghalliema ta' l-ICT); v) School leadership (Kapijiet ta' l-iskejjel); vi) Basic networking administration (Sekondarja Snin 4 sa 5; MCAST); vii) Developing applications (Sekondarja Snin 4 sa 5; MCAST).

Dan ser ifisser li anke min ma jistudjax it-teknologiji specifikatament ser ikollu preparazzjoni soda fl-uzu tat-teknologiji. Dan johloq il-pedamenti li ghandha bzonn Malta biex ikollna tassew ekonomija ta' l-informazzjoni.

11) Microsoft ser tinvesti Lm1.3 miljun fil-programm taghha msejjah Class Server li johloq l-ambjent fejn studenti, ghalliema u genituri juzaw flimkien l-ghodda elettronici tat-taghlim. Dan l-ambjent elettroniku jipprovdi servizzi ta' kontenut edukattiv, servizzi elettronici ta' counselling, kif ukoll jghin fl-evalwazzjoni u l-ezaminar ta' l-istudenti.

B'dan ifisser li l-iskejjel kollha Maltin jinghaqdu f'kommunità elettronika digitali fejn ir-rizorsi kollha li juzaw l-ghalliema u l-istudenti jkunu miftuha ghal kulhadd.

12) Ghal darb'ohra Microsoft ser tissussidja direttament is-software taghha li juzaw l-istudenti. Microsoft ser toffri ghal prezz nominali, il-Microsoft Office Professional, il-Microsoft Encarta Library u l-Visual Basic .NET. Dan is-software llum ghandu valur kummercjali f'Malta t'aktar minn Lm780. Il-Microsoft ser taghti wkoll il-licenzji kollha biex l-istudenti u l-genituri jkunu jistghu juzaw l-ambjent ta' Taghlim Elettroniku msemmi hawn.

Il-Microsoft qed tinvesti madwar Lm3.4 miljuni biex matul il-hames snin li gejjin l-impjegati tas-servizz pubbliku li juzaw il-kompjuter fuq ix-xoghol - u l-familji taghhom - juzaw fid-djar taghhom software licenzjat tal-Microsoft minghajr hlas.

1) Minbarra l-beneficcju finanzjarju ghal dawn l-impjegati, din l-inizjattiva ser thajjar aktar impjegati pubblici juzaw aktar il-kompjuter bhala parti mill-esperjenza shiha taghhom. Dan ser ikollu beneficcju edukattiv esplicitu ghall-impjegati tal-Gvern li jirrifletti ruhu f'servizz pubbliku aktar preparat u aggornat.

Tishih ta' l-industrija lokali tat-teknologiji.

1) Il-Microsoft qablet li tinvesti direttament fis-settur Malti tat-teknologiji. Kull sena ghall-hames snin li gejjin, il-Microsoft ser iddahhal seba' bejjiegha Maltin tas-software fil-programm ta' shubija internazzjonali taghha biex bejjiegha ta' daqs medju jinghataw ghajnuna diretta fil-bejgh ta' prodotti ta' software. Dan ifisser li matul il-hames snin il-kumpaniji lokali kollha li jezistu f'dan il-qasam ser ikunu bbenefikaw direttament minn din l-inizjattiva.

2) Barra minn hekk, il-Microsoft sejra kull sena tghin direttament lil erba' kumpaniji tas-software godda Maltin biex jidhlu fis-suq dinji ta' dan il-qasam.

3) Il-Microsoft ser tghin fil-holqien tac-Centru Malti ghall-Eccellenza fit-Teknologiji li ser jinfetah aktar tard din is-sena. Ghajnuna lill-Gvern biex nahtfu l-opportunitajiet tas-shubija fl-UE

1) Il-Microsoft qed tipprovdi lill-Gvern is-servizzi taghha biex tghin lill-Gvern ihejji proposti lill-Unjoni Ewropea ghal programmi dwar servizzi elettronici, strutturi ta' sigurtà, programmi edukattivi u li jiggieldu l-firda digitali u programmi apposta ghall-persuni b'dizabilità. Dan is-servizz jista' jintuza wkoll mis-settur privat Malti u minn individwi jew Ghaqdiet M'hux Governattivi.

2) Il-Microsoft qed toffri wkoll ghajnuna teknika lill-Gvern Malti biex ihejji l-istudji, ir-rapporti u r-ricerka li jehtieg biex jippartecipa fil-process eEurope.

3) Il-Microsoft ser tiffinanzja zjarat ta' konsulenti taghha tul il-hames snin li gejjin ghal ghajnuna ffukata fuq il-programmi ta' l-Unjoni Ewropea.

4) Il-Microsoft ser tiffinanzja direttament parti mill-ispiza ta' team apposta dwar l-Unjoni Ewropea u t-teknologiji ta' l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni fil-Ministeru ghat-Teknologija ta' l-Informazzjoni u l-Investiment.

Pubblicità internazzjonali ghall-Gvern Elettroniku Malti

1) Il-Microsoft ser tghin fil-finanzjament dirett tal-pubblicità internazzjonali ta' l-ambjent teknologiku Malti, l-aktar l-izviluppi li jkunu qed jigru fil-Gvern. Il-Microsoft ser tiffinanzja s-sehem ta' Malta fil-Governments' Leaders Forum li kull sena jlaqqa' l-Ministri tat-Teknologija minn madwar id-dinja mas-settur dinji tat-teknologiji. Malta ser tkun tista' tipprezenta b'mod prominenti l-izviluppi f'dan il-qasam.

2) Il-Microsoft ser tiffinanzja wkoll pubblicità internazzjonali ta' inizjattivi individwali fil-qasam tal-Gvern Elettroniku Malti. Konsulenza teknika lill-Gvern

5) Il-Microsoft ser tipprovdi lill-Gvern servizzi ta' konsulenza teknika fix-xoghol tal-Gvern biex isahhah l-arkitettura teknologika li juza kif ukoll fl-uzu tat-teknologija biex internament jiffunzjona b'mod aktar efficjenti u jipprovdi servizzi pubblici aqwa. Il-ftuh ta' Microsoft (Malta)

1) Microsoft ser tiftah f'Malta entità msejjha Microsoft (Malta) li ser isservi bhala l-bazi ghall-implimentazzjoni ta' din l-allenza strategika. Barra minn hekk Microsoft qed tippjana li tuza 'l Malta bhala l-pont ghall-operazzjonijiet taghha fl-Afrika ta' Fuq.

Aktar importanti minn hekk wiehed irid iqis il-vantaggi ghal Malta li t-tfal u l-istudenti Maltin jkollhom f'idejhom ic-cwievet ghall-ahhar teknologija dinjija. B'dan il-ftehim, u bl-inizjattivi parigg mieghu ma' l-alleati strategici l-ohra taghna, qed inrawwmu generazzjoni gdida Maltija li m'hix biss m'hix zvantaggata meta mqabbla mat-tfal ta' mparha madwar id-dinja, izda minflok ghandha vantagg naturali li haddiehor m'ghandux.

Sa tmien dawn il-hames snin, l-esperjenza edukattiva tat-tfal u l-istudenti Maltin ser tinbidel ghal kollox. Kull tifel u tifla ser ikollu l-access ghall-kontenut u r-ricerka mhejjija mill-ghalliema Maltin kollha. Kull ghalliem ser jaqsam ma' shabu kollha f'Malta l-esperjenza fil-klassi.

M'hux biss ser ikollna generazzjoni li jkun fiha l-aqwa rizorsi umani fil-qasam tat-teknologiji, izda aktar importanti minn hekk ser ikollna generazzjoni ta' rizorsi umani li fl-oqsma kollha taf tisfrutta t-teknologija biex taghmel xogholha ahjar.

Minbarra dawk li ghad iridu jsiehbu l-ekonomija, dan il-ftehim jolqot b'mod pozittiv lill-attivisti u lill-membri ta' l-Ghaqdiet M'hux Governattivi, lill-persuni b'dizabilità, lill-membri tal-kommunitajiet, lill-industrijaMaltija tat-teknologiji u min jahdem fiha, lill-impjegati tas-settur pubbliku u lil kull min jinqeda' minghandhom.

Dan il-ftehim ghalhekk ghandu impatt pozittiv reali u dirett fuq il-kwalità tal-hajja prattikament tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow