DISKORS MILL-ONOR. TONIO FENECH, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI FIL-FTUH TAL-FISCALIS SEMINAR DWAR ‘L-ISFIDA TAL-FRODI FUQ IL-VAT’ – SAN GILJAN – 9 GUNJU 2004
Gheziez delegati mid-diversi pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropeja, kemm dawk membri kif ukoll dawk kandidati.
Ghandu unur li bhala Segretarju Parlamentari responsabbli ghall-Finanzi f’Malta ghan-nom tal-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta qieghed nindirizza din l-ewwel konferenza tal-Fiscalis li qatt saret f’Malta.
Din il-konferenza hija storika wkoll ghaliex qeghda issir ukoll ftit aktar minn xahar wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea u ftit jiem qabel l-ewwel elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Unjoni imkabbra.
L-Unjoni Ewropeja iggib maghha vantaggi kbar, pero’ iggib maghha wkoll sfidi ohra. Il-pajjizi imsiehba fl-Unjoni Ewropeja kif ukoll dawk aspiranti ghandhom jikkoperaw u jahdmu aktar maghquda flimkien biex jghelbu dawn l-isfidi.
Fost wahda mill-akbar sfidi hija t-tema ta’ din il-konferenza tal-Fiscalis f’Malta, iggifieri l-glieda kontra l-frodi (Carousel Fraud) u l-evazjoni tat-taxxa.
Hu ghalhekk wiehed jawgura li din il-konferenza ta’ Malta titmexxa f’dan l-ispirtu ta’ Unjoni, ghaqda u koperazzjoni shiha bejn il-pajjizi bl-iskop li jintlahqu l-ghanijiet ahharin taghna.
Il-fenomenu tal-Frodi Carousel ilu jizdied minn meta s-sistema tal-VAT, dahlet fis-suq intern ta’ l-Unjoni Ewropeja, bhala mezz ta’ kif ghandha tingabar it-taxxa fuq il-konsum b’mod kemm jista’ jkun uniformi bejn il-pajjizi Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Din iz-zieda fl-evazjoni tat-taxxa kienet daqqa ta’ harta ghall-ekonomiji tal-pajjizi membri, ghaliex raw id-dhul taghhom jonqos.
L-Unjoni Ewropeja flimkien mal-pajjizi fi hdana hadu diversi mizuri biex kemm jista’ jkun titrazzan din l-evazzjoni.
Fost dawn il-mizuri wiehed isib l-implimentazzjoni ta’ ligijiet aktar iffukati fuq ko-operazzjoni amministrattivi bejn il-pajjizi, it-twaqqif ta’ strutturi, specjalizzati fid-diversi pajjizi li jikkumbattu l-evazjoni u l-frodi ta’ taxxa (anti-fraud units), gwidi wkoll ta’ strategi migburin mill-esperjenzi tal-pajjizi membri ta’ kif wiehed ghandu jikkombatti l-evazjoni (Best PracticeGuide), kif ukoll it-twaqqif tas-sistema ta’ kontroll fuq informazzjoni dwar taxxa fuq il-Valur Mizjud (VAT Information Exchange System – VIES) liema sistema kellha tiddahhal mal-waqa’ tal-kontrolli fid-dwana.
Malta f’dan il-qasam ukoll tat il-kontribut taghha.
Qabel shubija formali fl-Unjoni Ewropeja, Malta kienet minn dejjem minn ta’ quddiem biex jittiehdu mizuri biex titkompla tikber il-kultura tal-Fiskalita Morali.
Mas-shubija Malta permezz tad-Dipartiment tal-VAT kienet hadet hsieb biex l-istrutturi necessarji u obbligatorji jigu imwaqqfa u mhaddma bl-aktar mod efficjenti. Fost dawn, is-sistema tal-VIES u l-Ufficju Centrali (CentralLiaison Office – CLO) li imexxi u ihaddem is-sistema. Struttura ohra li twaqfet hija dik li tigbor informazzjoni li permezz taghha titrazzan din l-evazjoni (Anti-Fraud Units).
Wiehed ukoll irid jirrimarka wkoll li l-fenomenu tal-Frodi Carousel ser jiehu xejra ohra mill-1 ta’ Mejju l’hawn.
Dan ghaliex li apparti l-evazjoni tat-taxxa li issehh mal-waqa’ ta’ kontrolli fil-fruntieri, fil-pajjizi membri l-godda issehh ukoll evazjoni ta’ taxxa wkoll fuq talbiet eccessivi ta’ rifuzjoni ta’ VAT li attwalment ma jkunux iggustifikati u permessi bil-ligi (Refund Fraud).
Din it-tip ta’ evazjoni nsibuha wkoll fil-pajjizi li kienu ga membri, pero’ bit-thabbir li sar fl-1 ta’ Mejju l-isfida hija akbar ghaliex wiehed irid jahdem u jikkumbatti li din it-tip ta’ evazjoni ta’ taxxa fuq rifuzjonijiet, ma jsirx ukoll Carousel Fraud u b’hekk il-problema ta’ l-evazjoni tkun aktar rampanti.
GHalhekk biex naghlaq inheggeg lilkom delegati ta’ kull pajjiz li bhala ufficjali oghlja u responsabbli ghad-decizjonijiet fl-amministrazzjonijiet tat-Taxxa taghkom f’pajjizkom, tiddiskutu flimkien u taslu ghal decizjonijiet fuq strategiji u linji ta’ azzjoni konkreti biex jinghelbu kemm jista’ jkun l-isfidi ta’ frodi u l-evazzjoni tat-taxxa tal-VAT.
J’Alla din il-konferenza ta’ Malta, f’Ewropa imkabbra, tkun biss il-bidu ta’ hafna laqghat ohra simili u hidma intensiva shiha bejn il-pajjizi biex fl-ahhar mill-ahhar ukoll jintlahqu l-oggettivi u l-iskop ewlieni tal-programm tal-Fiscalis, “dak li permezz tal-ko-operazzjoni bejn il-Membri Stati jitjiebu l-operat u l-efficjenza fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa.
Dan ikun ta’ gid ghal kull Gvern f’kull pajjiz Membru u anki dawk Kandidati ghaliex b’amministrazzjonijiet ta’ taxxa aktar efficjenti, l-gbir tat-taxxi dovuti f’suq intern wiehed (single internal market) ikun aktar gust ghal gid tal-popli Ewropew.
Fl-ahharnet nawguralkom li apparti l-hidma siewja li ser tohrog minn din il-konferenza f’Malta, issibu wkoll ftit hin ta’ mistrieh biex tgawdu l-gzira sabiha taghna bhala turisti. Niggarantilkom li Malta mil-lat turistiku ghandha hafna x’tofri ghall-gosti varji taghkom.
Grazzi hafna.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938