L-AĦĦAR XOGĦLIJIET FIL-PROĠETT TA’ TISBIĦ TA’ PACEVILLE
Il-Proġett b’investiment ta’ LM1 miljun ser ikun komplut sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar hekk kif kien ippjanat
Il-Proġett ta’ tisbiħ fit-toroq interni ta’ Paceville mistenni jkun lest sa’ l-aħħar ta’ Gunju hekk kif kien oriġinalment ippjanat. Dan ħabbru l-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit waqt li kien qed izur ix-xogħlijiet li qed isiru fuq it-tielet u l-aħħar fazi ta’ dan il-proġett kbir.
Dan il-proġett kien ingħata bidu f’Ottubru 2003 fejn apparti diversi xogħlijiet konnessi mal-proġett ta’ tisbiħ fit-toroq interni bħal pavimentar, sar ukoll xogħol estensiv qabel bħal bdil tas-servizzi kollha ta’ taħt l-art li kienu ddeterjoraw maż-żmien. Il-Ministru Ninu Zammit spjega li fis-sajf li għadda saru l-istudji meħtiega biex seta` jkun determinat liema servizzi kienu jeħtieġu jinbidlu jew jissewwew. Fost ix-xogħlijiet importanti li saru kien hemm installazzjoni ta’ mains ġodda ta' l-ilma fit-toroq, kif ukoll CCTV surveys tal-katusi tad-dranaġġ kollha fl-inħawi bl-iskop li jkunu iddentifikati l-ħsarat u jsir it-tibdil neċċessarju ta' katusi sabiex irendu s-sistema kollha fi stat tajjeb. Sar bdil ukoll tas-servizz tad-distribuzzjoni ta’ l-ilma liema xogħol sar mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għar-Riżori u Infrastruttura. L-istess proġett qiegħed jinkorpora fih ukoll it-tibdil u provvista aħjar ta' servizzi fosthom tal-Maltacom, Melita Cable u Enemalta. Fil-każ ta' servizz ta’ l-elettriku tqegħdu cables ġodda biex titjib id-distribuzjoni fl-inħawi. Kien hemm xi xogħlijiet oħra konessi ma’ dan il-proġett li saru mill-kuntratturi taħt is-superviżjoni tal-Periti tal-Ministeru.
Il-Ministru ghar-Riżorsi u l-Infrastruttura rrimarka li l-għan principali wara d-deċizjoni li dan il-proġett ikun maqsum fi tlett fażijiet, kien sabiex jinħoloq l-inqas inkonvenjent possibbli lir-residenti u l-komunità kummerċjali ta’ Paceville u ż-żona tal-madwar.
Fir-rigward tal-pjazza ta’ Paceville li qed titqies bħala l-qofol tal-proġett hawn qed isiru l-aħħar xogħlijiet ta’ tqegħid ta' pavimentar attraenti b’disinn partikolari. It-toroq li jmissu mall-pjazza wkoll ser ikunu pavimentati b'mod li fil-ħinijiet ta' filgħaxija ċ-ċentru jingħalaq għall-karozzi (bl-eċċezzjoni tal-coaches tat-turisti li jservu St. George's Complex u l-Vivaldi Hotel, li m'għandhom l-ebda aċċess ieħor).
Ninu Zammit tenna li dan il-proġett li kien imniedi mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, qiegħed jiġi kkordinat mall-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan li jirrapreżenta l-interessi tar-residenti kif ukoll mal-GRTU li jirrapreżentaw il-komunita` kummerċjali. Huwa qal li bl-għajnuna ta’ dawn ukoll ser isir koordinament fi tlett ijiiem partikolari tal-ġimgħa d-dieħla fejn ser jingħalqu t-toroq interni kollha ta’ Paceville minħabba xogħlijiet li se jingħata l-aħħar wiċċ tat-tarmac mat-toroq kollha. Għaldaqstant mhux ser ikun hemm possibilita` għall-access għal Paceville bejn
Nhar it-Tlieta 15 ta’ Gunju 2004 mis-7.00am
sa
Nhar il-Hamis 17 ta’ Gunju 2004 sa nofsinhar
Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura wera s-sodisfazzjon tiegħu li progett ambizjuz bħal dan ta’ Paceville ser ikun lest fiz-zmien stipulat u barra minhekk permezz tad-decizjoni tal-Ministeru li l-bicca l-kbira tax-xogħol saret mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, in-nefqa fuq dan il-progett sarrfet fi tnaqqis ta’ eluf kbar ta’ liri. L-inawgurazzjoni ta’ dan il-progett ta’ tisbiħ f’Paceville li hu meqjuz bħala l-mekka tad-divertiment f’dan il-pajjiz hu maħsub li ssir fl-1 ta’ Lulju.
Fl-aħħarnett il-Ministru Ninu Zammit fakkar li dan ix-xogħol f’lokal daqshekk importanti kien qed isir skond standards stabbiliti u skond perjodi fissi ta’ żmien bis-saħħa ta’ l-koperazzjoni sħiħa ta’ riżorsi umani fi ħdan il-Ministeru bil-għan li proġetti simili u jsiru b’effiċjenza u bl-inqas spiża possibli.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938