TAHRIG MILL-HAMES PROTOKOLL TALJAN GHAR-RISTRUTTURAR TAL-PITKALIJA
Dalghodu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Biedja u Sajd Dr. Francis Agius, kien prezenti ghall-bidu ta’ tahrig li ser jibda jinghata lill bdiewa u haddiema li ser ikunu parti mir-ristrutturar tal-Pitkalija.
“Ilna hafna nitkellmu fuq ir-ristrutturar tal-Pitkalija u issa mill-paroli qed nghaddu ghall-fatti”, qal Dr. Agius. Permezz ta’ dan it-training ser tinghata kull informazzjoni biex tghin lill-bdiewa halli jitwaqqfu l-ghaqdiet tal-produtturi (producers organisations), kif ukoll lill-grading station gewwa l-Pitkalija biex tghin halli l-prodott frisk jasal fl-ahjar mod possibbli ghand il-konsumatur u allura l-bidwi jgib prezz ahjar. “Huwa importanti li l-ewwel niffokaw fuq il-grading station qabel ma nikkoncentraw fuq is-suq”. Il-Pitkalija ser tigi ristrutturata bil-ghajnuna tal-Hames Protokoll Taljan u fuq ghajnuna ta’ esperti li gew minn CIHEAM – Istituto Agronomico ta’ Bari l-Italja. Dan ir-ristrutturar ser jammonta ghal 1.432 miljun Euro.
Dr. Agius appella b’mod sincier biex il-bdiewa jinghaqdu bejniethom u jwarbu kull pika li tista’ tinbet bejniethom. Issa huwa l-mument li lkoll nissahhu bejnietna halli permezz tal-ghaqdiet tal-produtturi (producers organisations) ikun hemm is-sahha w allura l-prodott tal-bdiewa taghna ikun jista’ jgib prezzijiet tajba meta nigu biex jinnegozjaw il-prezz ta’ dawn il-prodotti. Stedina miftuha kienet dik ta’ Dr. Agius li ghamilha cara li kemm hu kif ukoll il-Gvern dejjem lesti li jiltaqghu mal-bdiewa biex jisimghu dak li ghandhom xi jghidu halli dan ir-ristrutturar isir ghall-gid ta’ kulhadd. Kien hawn li s-Segretarju Parlamentari Francis Agius qal li jhoss li mhux xieraq meta l-bdiewa jghidu li gew ittraduti ghax dan mhux minnu imma ghall kuntrarju qed jigu meghjuna b’kull mezz possibbli. Dan meta wiehed jara li hemm Lm77 miljun lira f’sussidji kemm mill Gvern Malti kif ukoll mill Unjoni Ewropea u li din l-ghajnuna digà bdiet titqassam lill bdiewa.
Prezenti ghal din l-inawgurazzjoni ta’ dan it-training kien hemm l-Attache’ ta’ l-Ambaxxata Taljana f’Malta Mrs. Giulietta Castellan, li kienet qed tirrapprezenta lil Ambaxxatur Taljan Dr. Alvise Memmo
Stqarrijiet Oħra:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938