Left arrow Mur Lura

MANIFESTAZZJONI SPORTIVA ANNWALI TA’ SKOLASPORT

PR960
Date Icon 08/06/2004

Għas-sitt sena konsekuttiva, Kellogg’s, iċ-ċereal għal kolazzjon nutrittiv, kien l-isponsor ewlieni tal-Manifestazzjoni Sportiva annwali li saret is-Sibt 5 ta’ Ġunju fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa.  Organizzat minn Skolasport, li tifforma parti mill-Kunsill Malti għall-Isports, dan l-ispettaklu temm uffiċjalment il-programm sportiv tax-xitwa ta’ Skolasport.   

’Il fuq minn 1,500 student attendew l-attivitajiet fil-programm ta’ Skolasport li kienu jsiru kull nhar ta’ Sibt bejn Ottubru 2003 u Mejju 2004. Dawn l-attivitajiet sportivi, imqassma fi tliet programmi skond l-etajiet ta’ tfal – Foundation, Participation u Performance, tmexxew minn għalliema kwalifikati u kienu jsiru f’diversi lokalitajiet sportivi fosthom il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta’ l-Universita` u l-Kumpless Sportiv tal-Marsa.

Din is-sena, il-programm tal-Manifestazzjoni Sportiva ta’ Kellogg’s inkluda BMX Street Show, logħob tal-basketball 3-on-3, baseball hitting, tag rugby, atletika u penalty shoot-outs.  Il-ġenituri li ħadu sehem fi Skolasport ta’ Kellogg’s taw ukoll wirja tal-ħiliet li kisbu tul il-programm kollu.  Il-parteċipanti kollha ta’ Skolasport setgħu jieħdu sehem f’dawn il-logħob.  Julie u Ludwig taw spettaklu divertenti.  Kienet ġurnata mimlija b’attivitajiet li tgawdew minn dawk kollha preżenti, b’mod speċjali mit-tfal.

Il-Manifestazzjoni Sportiva ta’ Kellogg’s intemmet b’diskorsi mill-Onorevoli Louis Galea, Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u minn Franco Azzopardi, Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport. 

Dr Louis Galea qal: “ Il-programmi ta’ l-SKOLASPORT qed jagħmlu ħafna ġid fost it-tfal u l-familji tagħna. Jiena nemmen li l-isport fih potenzjal ta’ ħafna ġid għall-iżvilupp edukattiv, soċjali u ekonomiku tal-poplu tagħna. Gvern u poplu jeħtieg li nibdew nieħdu b’serjeta` akbar dawk il-ħwejjeg li qed jheddu is-saħħa tagħna. L-esperti qed jgħidulna bil-perikli li jħallu ir-raġġi tax-xemx, il-ħxuna,. It-tipjip, l-alkoħol, l-abbuż tad-droga, in-nuqqas ta’ eżerċizzju.

M’hemmx dubju li jekk il-poplu iħaddem bil-fatti strateġija ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa ikollna poplu ħafna aktar b’saħħtu u aktar kuntent. F’din l-istrateġija l-isport għandu jokkupa post importanti. Irrid nirringrazzja lil dawk li flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport qed jagħmlu suċċess hekk kbir minn Skolasport. Grazzi ukoll lil Charles Darmanin & Co u lil Marsovin għall-isponsors tagħhom.”

Franco Azzopardi qal: “Skolasport servit l-iskop tagħha billi offrit lil madwar 1200 tifel u tifla diversi dixxiplini sportiv.”

Wara, Charles Darmanin, Direttur Maniġerjali ta’ Charles Darmanin and Co., ippreżenta l-medalji lill-parteċipanti kollha ta’ Skolasport.  Kien hemm ukoll spot prizes oħra offruti mill-Kellogg’s filwaqt li t-tfal kollha ngħataw Power Fruit drink kull wieħed, ġentilment offruta mill-Marsovin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow