IR-RIŻULTATI UFFIĊJALI TA’ L-ELEZZJONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILLI LOKALI FUQ L-INTERNET
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni ser jippubblika r-riżultat uffiċjali ta’ l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali rispettivament, fuq il-Website tiegħu www.doi.gov.mt
L-ewwel ma jiġu mxandra s-Sibt bil-lejl, 12 ta’ Ġunju, jkunu l-persentaġġi ta’ votanti li jkunu tefgħu l-vot tagħhom.
Eventwalment, pero` mhux qabel l-10.00pm tal-Ħadd 13 ta’ Ġunju, jixxandru r-riżultati uffiċjali ta’ l-ewwel count ta’ l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Il-counts kollha sussegwenti jibqgħu jiġu mxandra kollha sat-tmiem tar-riżultati finali.
Ir-Riżultati ta’ l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma mistennija li jixxandru s-Sibt 19 ta’ Ġunju, wara li jibda l-proċess ta’ l-għadd fit-8.00am. Ir-riżultati tal-counts kollha ta’ kull lokalita` jibqgħu jiġu mxandra sakemm jispiċċa l-proċess kollu.
Ir-Result Sheets, kemm ta’ l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsilli Lokali, diġà huma on line u wieħed jista’ jidħol fihom permezz ta’ banners li jidhru fuq il-homepage tal-website tad-DOI.
Stqarrijiet Oħra:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938