THE HON. MRS. HELEN D’AMATO, PARTICIPATES AT THE EMPLOYMENT, SOCIAL POLICY, HEALTH AND CONSUMER AFFAIRS COUNCIL IN LUXEMBOURG
- Inawgurata Kamra tal-Qari Ġdida fl-Iskola Primarja B ta’ Raħal Ġdid
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Mpjiegi, l-Onor. Louis Galea inawgura uffiċjalment librerija ġdida fl-Iskola Primarja B “Ġużeppi Agius” f’Raħal Ġdid. Din il-librerija saret b’inizjattiva li ħadet l-iskola, bl-għajnuna tal-Ministeru u d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, il-Kunsill Skolastiku u l-Kunsill Lokali.
Fid-diskors tiegħu Louis Galea qal “għalkemm il-qari huwa mportanti fl-edukazzjoni, wieħed m’għandux jieqaf hemm. Il-qari hu importanti għaliex jgħin lit-tfal ikunu aktar kreattivi u dan iridu jutilizzawh fix-xogħol tagħhom ta’ l-iskola”.
Il-Librerija hi għodda mportanti għall-iżvilupp mentali tat-tfal għaliex toħloq opportunijiet ġodda ta’ tagħlim, ta’ ħolqien kreattiv, u ta’ nkoraġġiment għall-ħolm tat-tfal. Din il-librerija toffri ambjent differenti fejn l-għalliema u t-tfal imorru biex joħolqu l-istejjer u jaqraw.
Il-Ministru Galea ippreżenta sett ta’ kotba lill-iskola f’din l-okkażjoni. Il-librerija tbierket mill-Kappillan ta’ Raħal Ġdid, il-Wisq Reverendu Dun Noel Vassallo. Wara, l-istudenti ta’ l-iskola qraw u animaw l-istejjer permezz ta’ puppet show.
- Ktieb ta’ drammi ġdid ta’ Joe Friggieri
Il-Prof. Joe Friggieri ippreżenta 10 kopji tal-ktieb “It-tulipan l-iswed u drammi oħra qosra għat-tfal u ż-żgħażagħ” lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żagħżagħ, u Mpjiegi, biex ikunu jistgħu jitqassmu fl-iskejjel.
Il-ktieb jikkonsisti fi 18-il dramm bil-Malti li huma kollha mmirati lejn iż-żgħażagħ u studenti. Permezz ta’ dan il-ktieb, il-Prof. Friggieri iħoss li qed “jimtela vojt li ilu jinħass ħafna fejn tidħol l-attività drammatika. Is-suġġetti jinteressaw mill-qrib liż-żgħażagħ, għaliex huma sitwazzjonijiet li jixbhu lil dawk li jsibu ruħhom fihom kuljum, bi djalogu li jsegwi r-ritmu naturali ta’ kif jitkellmu huma u b’karattri li jistgħu jidentifikaw magħhom fil-pront.”
Id-drammi li fih dan il-ktieb, li huwa mimli illustrazzjonijiet bil-kulur, kollha nħadmu diġà. Għalhekk m’hiex ħaġa iebsa li jinħadmu fl-iskejjel ukoll. Il-Ministru Galea qal li “dan il-ktieb ser ikun ta’ għajnuna u ta’ spinta fl-attività drammatika fl-iskejjel. Id-drama hi ta’ importanza fl-edukazzjoni għaliex tgħallem lill-istudenti jkunu aktar kreattivi u jużaw mezzi differenti biex jesprimu ruħhom.” Il-Ministru Galea irringrazzja lil Prof. Joe Friggieri ta’ din l-inizjattivà u rringrazzja wkoll lill-pubblikaturi, l-Progress Press.
Dr. Austin Bencini, Direttur tal-kumpanija Progress Press li kien ukoll preżenti, wera x-xewqa li l-kumpanija tkompli tippubblika aktar kotba bil-Malti. “Dan hu l-ewwel ktieb bil-Malti li ppubblikat il-Progress Press, u nħossuna ferm kuntenti u kburin illi l-ewwel pubblikazzjoni tagħna bil-Malti hija ta’ awtur ta’ kalibru tant għoli u tant intiż fil-kamp letterarju Malti.”
- Żjara fil-Polonja minn studenti speċjali
Grupp ta’ studenti bi bżonnijiet speċjali mill-iskola Guardian Angel ser jagħmlu żjara fil-Polonja fil-jiem li ġejjin. L-istess studenti, flimkien ma’ l-għalliema tagħhom għamlu żjara ta’ kortesija lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi Louis Galea biex juruh xi xogħol maħdum mill-istudenti stess u li se jippreżentaw lil studenti oħrajn Pollakki.
Il-Ministru Galea, filwaqt li awguralhom qal “li din hi opportunità u inizjattiva ferm tajba għaliex ser tagħti ċans lil dawn l-istudenti jaraw u jżuru postijiet uniċi barra minn xtutna.”
Dr Galea ta wkoll sett ta’ CDs ta’ Carmine Lauri, il-vjolinist Malti ta’ fama internazzjonali lid-delegazzjoni li żaritu, biex ikunu jistgħu jippreżentawhom fil-Polonja bħala turija tat-talent Malti.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938