Left arrow Mur Lura

DONAZZJONI TA` LM10,000 GHAL COMMUNITY CHEST FUND MILL-LICEO DUN GUZEPP ZAMMIT BRIGHELLA

PR950
Date Icon 04/06/2004

L-E.T. Il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami gie ipprezentat bis-somma ta` Lm10,000 ghal Malta Community Chest Fund waqt li kien qed jzur il-Liceo   tas-Subien, Dun Guzepp Zammit (Brighella) fil-Hamrun.

Fix-xahar ta` Marzu, il-Liceo organizza Maratona tar-Roti ta` 50 siegha, taht il-patrocinju tal-Community Chest Fund, bl-iskop li jingabru l-fondi ghat-tfal morda bil-kancer. F’din l-attivita` kienu ppartecipaw numru kbir ta` studenti mill-istess skola, u studenti mill-iskejjel sekondarji tas-subien ta` l-Mtarfa, Marsa u B’Kara (Naxxar Annex).

Il-President ta` Malta, filwaqt li esprima l-pjacir tieghu li qed izur din l-iskola li twaqqfet madwar 50 sena ilu, wera s-sodisfazzjoni tieghu li permezz ta` din il-Maratona l-istudenti rnexxielhom jigbru din is-somma sabiha ghal min hu fil-bzonn.

Il-President qal li “l-Poplu Malti huwa maghruf li huwa poplu generuz ghax wara din il-hegga fl-ispirtu li nigbru dawn il-flus, hemm l-ghozza tas-solidarjeta`”

Il-President Fenech Adami qal li fis-socjeta` insibu ruhna f’cirkustanzi li jaghmluna differenti minn xulxin, xi drabi dawn id-differenzi jizvantaggawna bejnietna stess. Il-President kompla jghid  li b’hekk, is-sens ta` solidarjeta` ghandu jkun mezz biex naghtu kas lil min ghandu bzonn lilna biex intaffu t-toqol ta` dawn l-izvantaggi u noholqu gustizzja mhux f’pajjizna biss, izda anke lil hinn minn xtutna.

“Is-solidarjeta` irridu nghixuha kuljum fil-hajja taghna, fid-decizjonijiet li niehdu sabiex igawdi minnha kulhadd. Is-solidarjeta` irridu nghixuha u nissolidawa kuljum ghal gid ta` kulhadd.”

Filwaqt li ta l-awguri tieghu lill-istudenti ghal ezamijiet li qeghdin fil-vicin, il-President Fenech Adami qal li “huwa importanti li tkunu tajbin akkademikament izda huwa wkoll importanti li trabbu karattru mrawwem bil-valur ta` solidarjeta` li r-rizultat tieghu qeghdin hawnhekk niccelebrawh illum.”

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

Aktar Stqarrijiet Right arrow