Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GHAT-TEKNOLOGIJA TAL-INFORMAZZJONI U INVESTIMENT DWAR IS-SOSPENSJONI TAD-DIRETTIVI INDUSTRIJALI FIT-TARZNA

PR948
Date Icon 04/06/2004

Il-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Investiment illum ġie nfurmat illi l-GWU kienet qiegħda tissospendi d-direttivi ndustrijali kollha li kienet ħarġet fit-Tarzna.  Il-GWU qalet li kienet qed tagħmel dan b’sinjal ta’ rieda tajba u fil-kuntest li tixtieq li jibdew isiru laqgħat bejn il-partijiet, biex jiġu riżolti numru ta’ kwistjonijiet pendenti.  

B’għarfien ta’ dan il–pass pożittiv, il-Ministru immedjatament iffissa l-ewwel laqgħa għal nhar il-Ħamis 10 ta’ Ġunju.. In-naħa tal-Gvern ser titmexxa mill-Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u Investiment stess, l-Onor. Austin Gatt.  

Il-Ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra jidher li s-sens komun qiegħed jipprevali u l-partijiet kollha nvoluti qegħdin jifhmu li jekk kulħadd juri rieda tajba u jwarrab il-kunċetti skaduti ta’ kif għandhom jitħaddmu r-relazzjonijiet industrijali, is-soluzzjonijiet għall-problemi dejjem jinstabu.  

Dan intwera bl-aktar mod ċar, fil-proċessi ta’ ristrutturar tal-Public Broadcasting Services u ta’ l-Air Malta; u l-Ministeru ma’ jarax għaliex dan m’għandux ikun l-istess fil-każ tat-Tarzni.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow