Left arrow Go Back

IL-GVERN QED IGEDDED L-EKONOMIJA TAL-PAJJIZ

PR946
Date Icon 04/06/2004

“L-istess statistika u argumenti ta’ l-Oppozizzjoni Laburista dwar is-sitwazzjoni tax-xoghol f’Malta huma l-aktar xhieda cara tal-process ta’ ristrutturazzjoni posittiva li l-Gvern prezenti b’ghaqal qed iwettaq. Il-Gvern jaf li l-aqwa gejjieni ghall-poplu Malti u Ghawdxi, specjalment ghaz-zghazagh, jigi assigurat permezz ta’ politika ta’ tigdid fis-setturi ekonomici kollha, sew dawk privati tas-servizzi u manifattura, kif ukoll tas-settur pubbliku.” 

Dan sostnieh Louis Galea, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Xoghol u Impjiegi bi twegiba ghall-Konferenza Stampa li ta l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u Mexxej Laburista Dr Alfred Sant.  

Louis Galea sostna li l-figuri ta’ l-ETC, fost hwejjeg ohra, juru li:

      ·        n-numru ta’ dawk jirregistraw ghax-xoghol qed jonqos;
·        in-numru ta’ redundancies din is-sena hu anqas mill-2002;
·        mijiet minn dawk li tilfu x-xoghol fl-ewwel terz tas-sena digà regghu sabu x-xoghol;
·        is-settur privat innotifika lill-ETC b’1800 vakanza ta’ impjiegi fl-ewwel erbgha xhur ta’ 
         din is-sena;
·        is-settur tas-servizzi qed ikompli jzid is-sehem tieghu mir-rata ta’ l-impjiegi;
·        il-Gvern qed iwettaq l-akbar ristrutturazzjoni li qatt saret f’imprizi fis-settur pubbliku   
         fl-ahhar tletin sena biex inaqqas il-piz ta’ miljuni kbar ta’ liri minn fuq dahar il-poplu.  

“Il-poplu Malti ghandu, mhux jaqta` qalbu, imma jkun sodisfatt li ghandu Gvern li, wara li assigura futur gdid fi hdan l-Unjoni Ewropea, issa, b’kuragg, b’ghaqal u bi spirtu ta’ gustizzja socjali, qieghed jahdem biex igedded l-ekonomija tal-pajjiz halli din terga` taqbad ir-ritmu u tkompli tkattar aktar impjiegi u negozju. Il-politika tal-Gvern mhix behsiebha tilghab mal-futur tal-Maltin u l-Ghawdxin ghall-iskop ta’ politika partigjana lejliet l-elezzjonijiet lokali u dawk tal-Parlament Ewropew,” kompla Louis Galea.  

Louis Galea sostna li l-mizuri tal-Gvern dwar is-Sea Malta jiggarantixxu l-holqa mehtiega ta’ transport bil-bahar ta’ kull importazzjoni u esportazzjoni. Anzi il-Gvern qed jahdem biex jiehu mizuri halli l-ispiza tat-trasport bil-bahar ghall-industrija u l-kummercjanti tonqos halli l-prodotti jsiru aktar kompetittivi.  

Il-Ministru Galea cahad ukoll l-invenzjoni li giet rappurtata li ntqalet minn  Dr. Alfred Sant li l-Gvern ghandu xi hsieb li ‘jtajjar 12,000 impjieg mis-servizz civili sal-2008’. Il-Gvern irid servizz civili u settur pubbliku effettiv u produttiv biex il-poplu u l-ekonomija tal-pajjiz ikunu moqdijin hafna ahjar.  

“L-istudju li l-Mexxej Laburista qal li kkomissjona l-Partit Laburista ma fih l-anqas l-icken suggeriment jew proposta konkreta ta’ gid li tista` mqar tohloq impjieg wiehed. Dan l-istudju bilkemm hu dehen ta’ ‘essay’ ta’ student ta’ l-ekonomija tas-Sixth Form,” temm Louis Galea.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow