Left arrow Go Back

CHAIRMAN ĠDID GĦALL-KUNSILL MALTI GĦALL-ISPORT

PR939
Date Icon 02/06/2004

Is-Sur Franco Azzopardi huwa ċ-Chairman il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport. Minħabba din il-kariga, is-Sur Azzopardi kellu jirriżenja minn President tat-Traditional Karate Federation of Malta (TKFM), pożizzjoni li kien ilu jokkupa mill-1999. Franco Azzopardi beda jipprattika dan l-isport mill-1983 u stinka ferm biex Malta jkollha isem tajjeb f’dan l-isport.

Illum is-Sur Azzopardi qed jara l-frott tax-xogħol tiegħu permezz ta’ l-għaxar ‘clubs’ li nfetħu madwar Malta kollha, kemm għall-kbar kif ukoll għaz-żgħar, u permezz ta’ diversi midalji tad-deheb, fidda u bronż li ġew akkwistati kemm f’attivitajiet Ewropej kif ukoll fil-World Championships.

Wieħed minn dawn l-atleti promettenti ferm huwa Omar Azzopardi li fl-2001 rebaħ midalja tad-deheb ta’ l-Under 18, kif ukoll midalja tal-bronż flimkien ma’ Iden Azzopardi. Is-sena l-oħra Omar ikkompeta fl-Under 21 fl-attività tal-Kata u rebaħ midalja oħra tal-bronż. F’din l-attività ħadu sehem l-aqwa atleti minn 26 pajjiż ieħor. Bhalissa Omar Azzopardi qed jipprepara għall-Europeans ta’ din is-sena li ser issir fil-Maċedonja u aktar tard fil-World Championships li ser isiru fl-Isvizzera.

Ta’ min jgħid ukoll li s-sena d-dieħla l-European Championships ser isiru Malta. Diversi atleti minn pajjiżi Ewropej ser jieħdu sehem u b’kollox in-numru ta’ atleti li ser jagħtu sehemhom huwa ta’ madwar 200 persuna. Din hi opportunità mill-isbaħ għal Malta għaliex din l-attività ser isservi bħala promozzjoni għal pajjiżna.

Malta kisbet diversi rizultati tajbin f’din l-attivita’ li ssir kull sena, u ħafna drabi atleti Maltin sabu ruħhom fl-ewwel ħames postijiet. It-TKFM tistieden lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jattendu għal din l-attività u juru l-appoġġ tagħhom għal dawn l-atleti.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Mpjiegi Louis Galea qal li "attivitajiet bħal dawn huma ta’ inċentiv sabiħ għal kull wieħed u waħda minna mhux biss biex nagħtu l-appoġġ sħiħ tagħna lill-atleti Maltin, iżda biex nitħajru nkunu aktar attivi fil-ħajja tagħna. Xempju ta’ dan huwa ż-żagħżugħ Malti Omar Azzopardi". Il-Ministru awgura lil Omar aktar suċċess fil-karriera tiegħu u rringrazzja lis-Sur Franco Azzopardi tax-xogħol tiegħu f’dan il-qasam, fil-waqt li awguralu għall-promozzjoni li għadu kif ingħata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow