STUDENTI TA’ L-MCAST JITĦARRĠU MINN COLEIRO GENERAL SUPPLIES LTD
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Louis Galea żar l-istudenti ta’ l-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika tal-MCAST li qed jieħdu sehem fil-proġett ta’ l-apprentiżmu li sar dan l-aħħar. L-MCAST daħlet fi sħab mal-kumpanija lokali Messrs Coleiro General Supplies Ltd., biex tipprovdi l-faċilitajiet tagħha u tagħti taħriġ lill-istudenti fuq ‘spraying’ tal-karozzi.
Is-Sur Mario Castagnetti, li huwa r-rappreżentant tal-Max Meyer School of Training, Milan, fl-Italja u li għandu esperjenza estensiva f’dan il-qasam, ġie Malta biex iħarreġ hu stess lill-istudenti ta’ l-Inġinerija ta’ l-MCAST.
It-taħriġ qed isir kuljum bejn l-10 ta’ Mejju u l-5 ta’ Ġunju, bejn it-8.00 a.m u l-4.00 p.m. fil-bini tal-kumpanija Coleiro General Supplies Ltd. Dan il-ftehim ma’ l-MCAST kien ta’ opportunità għall-istudenti, speċjalment dawk li qegħdin fl-aħħar sena ta’ l-istudji tagħhom, għaliex għenithom jaraw ir-realtà tal-ħajja tax-xogħol u tgħathom esperjenza fil-prattika.
Il-Ministru Galea ħeġġeġ lil kumpaniji oħra privati biex huma wkoll jagħtu din l-opportunità lil aktar studenti, speċjalment lil dawk ta’ l-MCAST li jkunu qed jistudjaw xi snajja, fejn il-prattika hi ta’ importanza kbira fl-istudji tagħhom. "Dan il-proġett huwa parti mill-objettivi li trid tilħaq l-MCAST u li tgħin mhux biss lill-istudenti iżda wkoll lil kumpaniji kollha li jagħtu ċans lil dawn iż-żgħażagħ jesperjenzaw id-dinja tax-xogħol, għax toffri opportunità lill-kumpaniji stess li jingaġġaw ħaddiema li jkunu ħarrġu huma stess", temm jghid Dr Louis Galea.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938