INTERESS FIL-BINI TAL-HITAN TAS-SEJJIEGH
Wara s-success li kiseb permezz ta` serje ta` programmi ta’ tahrig ghall-pubbliku generali, il-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini (BICC), gie nkarigat mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura sabiex ihejji diversi programmi ta’ tahrig specifici fi snajja popolari fid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici li jghamel parti mill-istess Ministeru.
L-inizjattiva tikkonsisti f’korsijiet intensivi bil-ghan li aktar haddiema tad-dipartiment ikomplu jitharrgu f’diversi snajja fosthom, fil-bini tal-hitan tas-sejjiegh, preservazzjoni tal-gebla Maltija, tikhil, kisi u tqeghid ta’ madum (tal-bankini), disinn u kostruzzjoni tat-toroq, sahha u sigurta` fuq il-post tax-xoghol, u kors tekniku fis-sengha tal-bini li jhejji lill-applikant biex jikseb il-licenzja tal-bini.
Ghal din l-ewwel skema, d-Dipartiment sponsorja 205 haddiem f’diversi skali bl-iskop li fi zmien future, id-dipartiment jigi riorganizzat billi jidentifika l-kapacitajiet u r-responsabilitajiet tar-rizorsi umani tieghu.
Waqt li kien qed izur lill-partecipanti li kienu qed jitghallmu s-sengha tal-bini tal-hitan tas-sejjiegh, il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastuttura l-Onor. Ninu Zammit, fahhar l-inizjattivi godda li qed jiehu l-BICC. Hu qal li dawn il-programmi ta’ tahrig qajmu nteress fost il-haddiema tad-dipartiment, tant li diga` qed tigi preparata skema ohra fil-livell ta’ Management, kif ukoll fir-restawr tal-bini barokk.
Il-Ministru sahaq dwar l-importanza tat-tahrig ghall-haddiema, u d-dmir ta` min ihaddem li jinvesti fil-haddiema tieghu. Dan ghandu jkun ta’ motivazzjoni ghall-industrija, kif ukoll dik tieghu bhala Ministru li jara d-dipartiment organizzat u b’sahtu sabiex ikun f’pozizzjoni li jrodd lura ghal dak li jircievi minghand il-poplu.
Kienet l-idea tal-Ministru Zammit stess li t-tahrig ghandu jkun fuq bazi ta’ hands-on, fejn il-partecipanti kollha jkunu qeghdin isebbhu filwaqt li jitghallmu. Dan ikun ta` sodisfazzjon ghal l-istess partecipanti li jhossuhom fdati u responsabbli fuq kull lant ta’ xoghol. Huwa ferm importanti li min iheggeg lin-nies tieghu ghat-taghlim, ikun lest li jsegwi personalment mill-vicin l-attivita` kollha li tkun qed issir, u li wiehed jiddiskuti u jiehu l-opinjoni ta` kulhadd, ghax kulhadd ghandhu x’jitghallem.
Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura spjega s-sodisfazzjon tieghu li jara l-haddiema tad-dipartiment li tieghu hu responsabbli, dedikati u determinati li jkomplu jitghallmu fuq l-esperjenza li diga` kisbu, specjalment fuq snajja li sfortunatament kien qed jonqos l-interess fihom.
Sal-lum, il-Gvern hafna drabi kellu jirikorri ghand is-settur privat sabiex iwettaq certu xoghlijiet minhabba n-nuqqas ta` nies imharrga f’diversi snajja. Huwa l-iskop tal-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura li jsahhah u jincentiva r-rizorsi umani tieghu specjalment dawk produttivi sabiex ikunu kompetittivi f’kull taqsima fi hdan id-dipartimenti koncernati, ghas-servizz tal-poplu Malti w Ghawdxi kollu, li jikkontribwixxi ghalih.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938