Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT TA` MALTA IPPREZENTA` L-PREMJU PAPA GWANNI XXIII GHAT-TJUBIJA 2004

PR936
Date Icon 02/06/2004

L-E.T. il-President ta` Malta, Dr. Edward Fenech Adami ipprezenta l-Premju Papa Gwanni XXIII ghat-Tjubija ghas-sena 2004 lil Lyanne Lanzon, studentessa fil-Liceo tal-Bniet Carlo Diacono, Zejtun.   Lyanne Lanzon tiddedika hafna mill-hin taghha ghal Maria, li hija studenta ma’ Lyanne fil-Form II. Maria ghandha Cerebral Palsy, jigifieri la titkellem u lanqas tikteb u qeghda go ‘wheelchair’.

Lyanne, ta` kull jum, toffri l-ghajnuna taghha billi tiktbilha n-noti, tispjegalha xi dettalji waqt ix-xoghol tal-klassi, kif wkoll taghmlilha kumpanija waqt ir-rikreazzjoni.  Lyanne taghmel hilitha biex tipprova tifhem, tikkomunika u tiddjaloga ma` Maria f’diversi hinijiet tal-gurnata.  

F’diskors li ghamel, il-President ta` Malta qal li ‘l-hajja fiha okkazjonijiet fejn fihom niltaqghu ma’ nies li jenhtiegu l-moghdrija u li jenhtiegu li nesprimu maghhom b’kull mod possibbli ta` kif nistghu nkunu utli ghalihom. Dawn in-nies jehtiegu li nesprimu maghhom  is-solidarjeta`.’

Il-President ta’ Malta  zied jghid li qeghdin nghixu fi zmien ta` kontradizzjoni dan ghaliex ghalkemm qeghdin nghixu fis-seklu tar-rikonoxximent universali tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istess waqt qed insiru iktar individwalisti. ‘Dan iz-zmien ta` kontradizzjoni ghandu johrog aktar dan is-sens ta` solidarjeta`. Il-President qal li kull decizjoni li ahna naghmlu f’hajjietna, fil-familja, fil-post tax-xoghol, fil-kariga li nokkupaw, ghandna nfittxu l-gid mhux taghna personali biss izda wkoll dak komuni.  Irrefera wkoll ghal dak li jghid il-vangelu “il-Musbieh ma npogguhx taht l-imnara izda fuq il-kandelabru biex idawwal lil kulhadd madwaru”.  Huwa qal li Lyanne hija bhala wiehed minn dawn id-dwal mixghula, li turi li fiz-zminijiet difficli li qed nghixu, ghandna hafna ezempji ta` nies li fuq livell personali juru din is-solidarjeta` bl-iktar mod qawwi.  

Il-President Fenech Adami sostna li l-kultura Maltija hija mwahhla mal-kuncett tas-solidarjeta` bil-mod kif nghinu. Din il-karatteristika kulturali ewlenija hija t-timbru tal-karattru Malti, s-sigill tal-poplu Malti. Filwaqt li rringrazzja lil Lyanne talli b’mod prattiku u reali, qed turi xi jfisser il-valur tas-solidarjeta`, awgura lil Maria sabiex tkompli tircievi din is-solidarjeta` minn shabha, halli tohrog it-talenti li zgur li kull wiehed u wahda minnha ghandu.  

Fil-bidu tac-cerimonja tkellem wkoll Patri Dionisju Mintoff, id-direttur tal-Laboratorju tal-Paci, li filwaqt li fahhar is-sens ta` generozita` li tinsab fid-demm tal-poplu Malti, zied jghid li l-Kultura tal-volontarjat huwa l-pont sod li jghin lis-socjeta` biex tghaqqad kull firda jew nuqqasijiet fizici u spiritwali.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow