IL-MINISTRU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN JIPPREZENTA ‘WARRANTS’ LIL NUTARA GODDA
Il-Gvern qed jimplimenta sensiela ta’ mizuri, fil-qafas tal-ligi l-gdida maghrufa bhala s-Central Registry Act li mistennija, fost affarijiet ohra, tghaqqad l-operat taz-zewg Registri, dak Pubbliku u dak ta’ l-Artijiet. Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr. Tonio Borg waqt cerimonja tat-tqassim ta’ warrants lil Nutara godda. Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern qal li dan ghandu l-ghan ahhari li jigi offrut servizz dejjem ahjar u iktar razzjonali lin-nutara fix-xoghol taghhom.
Fost il-mizuri li qed jittiehdu hemm titjib fil-facilita ta’ ricerki online li permezz taghhom nutar jew nutara jistghu jaraw u jipprintaw immagini tan-noti (s’issa mill-1995 sal-lum) mill-kumdita’ ta’ l-ufficcju taghhom. Din il-facilita’ l-gdida hija ntiza biex tuza t-teknologija ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni biex thaffef ix-xoghol tan-nutara. Bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Notarili u l-kuntrattur imqabbad mill-Gvern, ser isir kors ta’ tahrig ghal kull min hu interessat li juza din il-facilita’ moderna.
Bhalissa qed isiru negozjati mal-Kunsill Notarili dwar l-introduzzjoni ta’ standard form bil-ghan li l-process ta’ registrazzjoni isir iktar efficjenti, trasparenti u ‘user-friendly’ ghall-klijenti.
Fl-ahhar, qed jigu finalizzati ukoll l-arrangamenti necessarji biex kif kien miftiehem mal-Kunsill Notarili, in-nutara kollha, bhala ufficjali pubblici, jinghataw il-facilita’ ta’ access ghas-‘Central Database’ bil-ghan li jigi facilitat il-process ta’ registrazzjoni kif ukoll biex jigi assigurat li d-dettalji inkluzi fin-noti jkunu korretti.
Wara li ferah lin-nutara godda, il-Ministru Borg qal li ma jistax ma jenfasizzax il-htiega li n-nutara kollha jagixxu professjonalment u jimxu dejjem skond il-ligi. Skond il-Ministru Borg, hidmet in-nutar ghandha tkun dejjem ‘above board’ biex jigi assigurat li r-reputazzjoni notarili tinzamm ‘l fuq minn kull suspett. Hawnhekk huwa habbar ukoll li bhalissa l-Ministeru ghal-Gustizzja u l-Intern flimkien mal-Kunsill Notarili qed jahdmu biex jithejja Kodici ta’ Etika ghan-Nutara. Dan il-Kodici ghandu jkun ta’ referenza mportanti ghan-nutara fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Il-Ministru Tonio Borg ghalaq billi awgura lin-Nutar ‘l godda success fix-xoghol delikat taghom. Huwa awgura ukoll li r-relazzjoni tajba li tezisti bejn il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern u l-Kunsill Notarili tkompli tissahhah ghal gid tal-professjoni tan-nutara kif ukoll ghall-beneficcju tal-pubbliku
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938