IMNIEDI MILL-ĠDID IL-KARATTRU TANT POPOLARI TA’ XUMMIEMU
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Louis Galea ta bidu għal seminar ta’ tlett ijiem li jġib l-isem “Insiru nafu l-iskejjel tagħna aħjar”. Dan is-seminar huwa mmirat għall-Assistenti Diretturi u Uffiċjali Edukattivi mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li b’kollox jammontaw għal iktar minn 40 ruħ.
L-iskop tas-seminar huwa li jingħata taħriġ lil dawn l-uffiċjali dwar kif għandha ssir il-verifika ta’ l-iskejjel ta’ l-istat. L-iskop tal-proċess tal-verifika hu li jgħin lill-iskejjel jiksbu l-livell meħtieġ fil-kwalità ta’ edukazzjoni.
“Il-verifika mhux proċess sempliċi ta’ spezzjoni iżda għandu l-iskop li jservi ta’ appoġġ u li jidentifika l-prattika tajba li niżviluppaw fl-iskejjel. Fil-proċess irridu nfittxu l-livell ta’ kwalità fit-tmexxija ta’ l-iskola, il-livell tat-tagħlim, ir-riżorsi li qed jintużaw biex jingħata t-tagħlim u kemm tassew l-istudenti qed jingħataw tagħlim għall-iżvilupp sħiħ tagħhom”, sostna l-Ministru Galea.
Il-kelliem ewlieni ta’ dan is-seminar hu Dr Peter Matthews, Konsulent ta’ l-Evalwazzjoni u l-Iżvilupp Strategiku ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istandards ta’ l-Edukazzjoni f’Ofsted, l-Ingilterra. Dr Matthews kien responsabbli għall-iżvilupp ta’ diversi sistemi ta’ evalwazzjoni tas-sistema edukattiva fl-iskejjel. Dan l-aħħar huwa għadu kif irċieva unur għas-servizzi tiegħu fl-edukazzjoni fl-Ingilterra.
Il-Ministru Galea qal li “l-proċess ta’ verifika tal-kwalità huwa ta’ importanza kbira u wieħed għandu jieħu din l-opportunità biex jara kif jista’ dejjem jiżviluppa għall-aħjar. L-edukazzjoni ta’ uliedna hija priorità u għandu jintuża kull mezz biex inżommu u ntejjbu livell għoli ta’ edukazzjoni. Dan il-pass hu pass ’il quddiem biex l-iskejjel itejjbu l-kwalità tagħhom”.
Stqarrijiet Oħra:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937