Left arrow Mur Lura

SEMINAR: INSIRU NAFU L-ISKEJJEL TAGĦNA AĦJAR

PR925
Date Icon 01/06/2004

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi, Louis Galea ta bidu għal seminar ta’ tlett ijiem li jġib l-isem “Insiru nafu l-iskejjel tagħna aħjar”. Dan is-seminar huwa mmirat għall-Assistenti Diretturi u Uffiċjali Edukattivi mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni li b’kollox jammontaw għal iktar minn 40 ruħ. 

L-iskop tas-seminar huwa li jingħata taħriġ lil dawn l-uffiċjali dwar kif għandha ssir il-verifika ta’ l-iskejjel ta’ l-istat. L-iskop tal-proċess tal-verifika hu li jgħin lill-iskejjel jiksbu l-livell meħtieġ fil-kwalità ta’ edukazzjoni. 

“Il-verifika mhux proċess sempliċi ta’ spezzjoni iżda għandu l-iskop li jservi ta’ appoġġ u li jidentifika l-prattika tajba li niżviluppaw fl-iskejjel. Fil-proċess irridu nfittxu l-livell ta’ kwalità fit-tmexxija ta’ l-iskola, il-livell tat-tagħlim, ir-riżorsi li qed jintużaw biex jingħata t-tagħlim u kemm tassew l-istudenti qed jingħataw tagħlim għall-iżvilupp sħiħ tagħhom”, sostna l-Ministru Galea.  

Il-kelliem ewlieni ta’ dan is-seminar hu Dr Peter Matthews, Konsulent ta’ l-Evalwazzjoni u l-Iżvilupp Strategiku ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istandards ta’ l-Edukazzjoni f’Ofsted, l-Ingilterra. Dr Matthews kien responsabbli għall-iżvilupp ta’ diversi sistemi ta’ evalwazzjoni tas-sistema edukattiva fl-iskejjel. Dan l-aħħar huwa għadu kif irċieva unur għas-servizzi tiegħu fl-edukazzjoni fl-Ingilterra.  

Il-Ministru Galea qal li “l-proċess ta’ verifika tal-kwalità huwa ta’ importanza kbira u wieħed għandu jieħu din l-opportunità biex jara kif jista’ dejjem jiżviluppa għall-aħjar. L-edukazzjoni ta’ uliedna hija priorità u għandu jintuża kull mezz biex inżommu u ntejjbu livell għoli ta’ edukazzjoni. Dan il-pass hu pass ’il quddiem biex l-iskejjel itejjbu l-kwalità tagħhom”. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow