Left arrow Mur Lura

DAWRET IL-GZEJJER BUGIBBA - PROGETT TA’ TISBIH IEHOR LI SER IKUN LEST QABEL IS-SAJF

PR916
Date Icon 31/05/2004

DAWRET IL-GZEJJER BUGIBBA - PROGETT TA’ TISBIH IEHOR LI SER IKUN LEST QABEL IS-SAJF


Il-Progett ta’ Dawret il-Gzejjer f’Bugibba jinsab għaddej b’ritmu tajjeb u x-xogħlijiet kollha fuq dan il-progett ambizjuz mistennija jitlestew sa l-ahhar ta’ Gunju biex eventwalment dan il-progett ikun jista` jitgawda mill-pubbliku waqt is-Sajf.  

Dan qalu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit waqt żjara li ghamel fuq is-sit ta’ dan il-progett fejn seta` jsegwi l-progress tax-xoghlijiet li nghataw spinta konsiderevoli f’dawn l-ahhar xhur. L-ghan principali ta’ dan il-progett hu li tissebbah din iz-zona partikolari li tinsab fil-qalba ta’ Bugibba kif ukoll sabiex isir titjieb ġenerali taz-zona tal-madwar li hija ferm popolari u frekwentata minn hafna Maltin u turisti. L-investiment totali fuq dan il-progett ilahhaq mat-Lm320,000 u x-xoghlijiet kollha qedghin isiru mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet Pubblici fi hdan il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura kif qed isir kwazi tista` tghid fil-progetti kollha li ghaddejjin bhalissa.  

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li dan il-proġett inbeda fl-2001 u l-iskop principali tieghu hu li l-bajja tal-madwar tinghaqad mal-Promenade sabiex iz-zewg nahat isiru accessibli ghall-pubbliku. Fuq dan il-progett qieghed jintuza materjal li qed jirrijabilita` l-inhawi bl-iskop li jaghti dehra u karattru naturali. Fil-fatt karatteristika evidenti f’dan il-progett hi l-uzu tal-gebel tas-sejjiegh li qed jintuza tul il-medda kollha tal-progett li ghandu tul ta’ madwar 400 metru. Fuq din il-medda ta’ tul hu kkalkolat li jkunu tpoggew vicin 3000 metru kwadru ta’ gebel tas-sejjiegh. Qieghed isir xoghol ukoll ta’ kostruzzjoni ta’ passaggi u pavimentar sabiex jikkomplimenta ma’ l-iskop ewlieni tal-progett.  

Il-Perit Ninu Zammit qal li l-Gvern jinsab kommess li b’determinazzjoni jibqa` jsebbah zoni partikolari u turistici  fil-pajjiz bhal fil-kaz ta’ Bugibba. Hu rrefera ghall-inizjattivi li qed jiehu l-Ministeru fejn mhux biss qed isebbah zoni turistici u popolari izda wkoll qed iniedi progetti fl-irhula Maltin b’mod partikolari fil-pjazzez bil-ghan li dawn jigu msebbha u jinghataw id-dehra originali u vernakulari taghhom li hija karatteristika partikolari f’diversi irhula Maltin.  

Hawnhekk il-Ministru Ninu Zammit irrefera ghal xoghol li qieghed isir fil-pjazza ta’ Hal Safi, x-xoghol fuq il-Mithna tax-Xarolla u z-zona tal-madwar, kif ukoll ix-xoghol li ser jitkompla fil-pjazza tal-Mellieha. Hu rrimarka li l-Gvern mistenni jinvesti mal-LM200,000 fuq tisbih ta’ pjazzez lokali u qal li diga` tlestew xi pjanti u qedghin jigu diskussi mal-kunsilli lokali kkoncernati fuq diversi progetti f’lokalitajiet bhal Qrendi, Hal-Lija, B’Bugia, Dingli, u l-Mosta.

Finalment il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li dawn il-progetti ta' tisbih qed jaghtu lill-pajjiz dehra gdida. Izda filwaqt li tajjeb li jitwettqu progetti bhal dawn, hu importanti li ssir il-manutenzjoni mehtiega b'mod regolari. Kulhadd irid jitghallem mhux biss ma jaghmilx hsara izda ma jhallix min jaghmel hsara. B’hekk biss nistghu nassiguraw ambjent ahjar ghalina u ghal minn jigi warajna.  

DOI – 31.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow