Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TINAWGURA L-OPEN WEEKEND TAR-RICHMOND FOUNDATION

PR909
Date Icon 28/05/2004

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TINAWGURA L-OPEN WEEKEND TAR-RICHMOND FOUNDATION

Il-Ministru ghall-Familja u s-Solidarjeta’ Socjali, Dolores Cristina inawgurat ‘Open Weekend’ tar-Richmond Foundation, f’Villa Chelsea, li din is-sena qeghda ssir bejn il-29 u t-30 ta’ Mejju, u tkun miftuha bejn id-9.00 am u t-8.00 pm.

Din il-Fondazzjoni toffri servizzi siewja fil-qasam tas-sahha mentali u torganizza l-Open Weekend bil-ghan li l-pubbliku jkun jista’ jzur il-post, jara x-xoghol li jsir u b’hekk jinftiehem ahjar il-qasam tas-sahha mentali. Fl-istess hin, permezz ta’ dawn il-jumejn, il-Fondazzjoni tkun tista’ tigbor fondi tant mehtiega biex tkompli l-hidma taghha.

Il-Ministru bdiet billi rringrazzjat lill-haddiema tar-Richmond Foundation ghad-dedikazzjoni u impenn li juru fix-xoghol taghhom, “Jiena certa li l-klijenti taghkom ihossu mill-qrib id-differenza li intom taghmlu f’hajjithom u minn hawnhekk nixtieq nuri l-apprezzament tieghi, bhala Ministru tal-Gvern, ghas-solidarjeta’ li intom turu ma’ min ghandu bzonnkom. L-ghan taghna hu li f’dan il-pajjiz jkun hawn inkluzjoni socjali fis-sens wiesgha taghha. Huwa b’dan il-mod li s-socjeta’ taghna tista’ tkun hafna iktar rikka - permezz tal-partecipazzjoni ta’ kulhadd, bid-diversita’ li haga bhal din tinvolvi. L-ghajnuna taghkom qeghda tghin lill-klijenti taghkom sabiex izommu jew jiksbu l-indipendenza taghhom. L-indipendenza personali hija xi haga li kull persuna tghozz, u ghajnuna bhal din zgur li tigi apprezzata bil-kbir. Kif jghid il-Malti, illum int u ghada jien!” kompliet tghid il-Ministru Cristina.

Is-CEO tar-Richmond Foundation, Doris Gauci, irringrazzjat lill-Ministru ghall-appogg taghha. Hija qalet, “Id-domanda ghas-servizzi taghna qeghda dejjem tizdied. Ghat-tielet sena konsekuttiva permezz ta’ din l-Open Weekend, il-pubbliku jista’ jidhol go din id-dar u jara b’ghanjejh post ta’ riabilitazzjoni ghal persuni b’xi diffikulta’ ta’ sahha mentali. Huwa wkoll mezz ghalina biex nigbru fondi halli nkunu nistghu nkomplu noffru s-servizzi taghna.” Hija rringrazzjat lin-numru sabih ta’ organizazzjonijiet u skejjel li taw oggetti ghall-bejgh matul il-weekend.

DOI – 28.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow