Left arrow Mur Lura

ID-DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI F’GĦAWDEX JICCELEBRA L-ĦAMES SNIN MILL-INAWGURAZZJONI TIEGĦU

PR907
Date Icon 28/05/2004

ID-DAY CENTRE GĦALL-ANZJANI F’GĦAWDEX JICCELEBRA L-ĦAMES SNIN MILL-INAWGURAZZJONI  TIEGĦU

Ic-Centru ta’ Matul il-Jum (Day Centre) għall-Anzjani f’Għawdex fakkar il-ħames anniversarju mill-ftuħ tiegħu permezz ta’ attivita’ li għaliha attendiet l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.

Id-Day Centre għall-Anzjani f’Għawdex, li hu proġett b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex, il-Caritas u l-Kunsilli Lokali Għawdxin, huwa l-ewwel centru simili f’Għawdex. Fetaħ il-bibien tiegħu għall-ewwel darba f’Mejju 1999 biex sa llum laqa’ fih iktar minn 35,000 anzjani Għawdxin. Illum, qed jippartecipaw 12-il Kunsill Lokali. Dan id-Day Centre kien ircieva  rikonoxximent mill-Ufficcju tal-Prim Ministru għal Servizz ta’ Kwalita’ matul l-ewwel sena ta’ ħidma tiegħu.

Il-Ministru Debono qalet li l-anzjani huma ta’ valur kbir għas-socjeta’ Maltija u Għawdxija, ingredjent importanti ferm li jeħtieġ li nibqgħu nħarsuh. Hija appellat lill-anzjani biex jibqgħu attivi fil-ħajja tagħhom fis-socjeta’ għaliex is-socjeta’ għad baqgħalha ħafna x’titgħallem mill-anzjani tagħna.

Hija qalet illi hekk kif il-Ministeru għal Għawdex reġa’ twaqqaf f’Settembru 1998, il-Ministeru mill-ewwel beda jagħti prijorita’ lill-ħidma fil-qasam ta’ l-anzjani f’Għawdex. Fil-fatt, il-Ministru Debono qalet li matul l-ewwel ħames snin f’Għawdex ġew introdotti divesi servizzi ġodda għall-anzjani f’Għawdex, fosthom dak tal-Meals on Wheels, ġew ingaġġati iktar ħaddiema bħala Assistenti Socjali Każwali, filwaqt li reġgħet ġiet introdotta l-Universita’ tat-Tielet Eta’, din id-darba b’success, tant li ġimgħa ilu ġiet ippreżentata l-ewwel pubblikazzjoni ta’ l-istudenti. Dan flimkien mat-tkomplija ta’ diversi servizzi bħall-handyman u tat-telecare fost l-oħrajn.

Il-Ministru Debono rreferiet ukoll għall-istudju li twettaq mill-Ministeru għal Għawdex u mid-Dipartiment tal-Ġerontoloġija ta’ l-Universita’ ta’ Malta li ttratta lill-mara anzjana Għawdxija u l-ħtiġijiet tagħha kif ukoll il-proġett ta’ modernizzar fis-sala ta’ l-anzjani rġiel fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u t-tkabbir u modernizzar ta’ Residenza Sant’Anna.

Il-Ministru Debono qalet li t-twaqqif ta’ dan ic-centru ta’ matul il-jum kien wieħed minn dawk il-facilitajiet ġodda li ntlaqa’ b’success kbir tant li n-numru ta’ anzjani li bdew jattendu qabeż dak mistenni. Illum, ic-Centru joffri diversi servizzi fosthom dawk ta’ tabib, podoloġista, nurse, hairdresser u taħdidiet minn professjonisti kif ukoll diversi attivitajiet oħra li jsiru kull jum u oħrajn organizzati b’mod regolari. Il-Ministru Debono faħħret lill-ufficjali nkarigati mic-Centru għad-dedikazzjoni tagħhom matul is-sena u semmiet b’mod partikolari l-impenn li jieħdu sabiex sena wara l-oħra jorganizzaw għadd ta’ attivitajiet fosthom btala barra minn Malta għall-anzjani membri.

Il-Ministru għal Għawdex qalet li inizjattiva bħal din kienet success grazzi għaż-żewġ pilastri ewliena li fuqhom iserraħ dan il-proġett: l-istaff tac-Centru u l-istess anzjani li jattendu ġimgħa wara ġimgħa.  

Il-Ministru għal Għawdex temmet l-indirizz tagħha billi rringrazzjat lill-istaff tac-Centru f’Għawdex u lit-Taqsima ta’ l-Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Specjali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, kif ukoll lill-Knisja u lill-Kunsilli Lokali għall-kollaborazzjoni tagħhom f’dan il-proġett.

Ic-Centru ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani f’Għawdex ser jorganizza wkoll open week għal dawk interessati li jattendu u jsiru jafu iktar dwar is-servizzi offruti, matul il-ġimgħa li ġejja, mit-Tnejn 31 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju, matul in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu. Diversi skejjel u kunsilli lokali ġew mistiedna sabiex jorganizzaw ħarġa għall-istudenti jew anzjani tagħhom. Dawk interessati li jattendu jew jorganizzaw ħarġa għal gruppi għandhom jikkuntattjaw lill-istaff fic-Centru fuq in-numru 21565891 waqt ħinijiet t’ufficcju.

DOI - 28.05.2004

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow