APPROVAT MILL-BOARD TAL-MEPA L-PROĠETT TA’ 200 TOMNA GHALL-BINI TA’ ŻONI INDUSTRIJALI
APPROVAT MILL-BOARD TAL-MEPA L-PROĠETT TA’ 200 TOMNA GHALL-BINI TA’ ŻONI INDUSTRIJALI
“L-approvazzjoni tal-MEPA għall-proġett tal-200 tomna ta’ art għall-bini ta’ żoni ndustrijali ser jgħin biex self-employed u sidien ta’ negozji żgħar ikollhom fejn jaħdmu.” – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo .
“Ilha tinħass il-ħtieġa li negozji żgħar u s-self-employed ikollhom aktar spazju fejn jaħdmu. Dan l-aħħar it-talba għal aktar spazju żdiedet, iżda art ma tantx kien hawn u dan għaliex is-sidien ta’ l-art minn dejjem kellhom id-dritt li jagħżlu meta u kif ibiegħu.
“Din is-sitwazzjoni wasslet biex issir ħidma b’kordinazzjoni mal-MEPA biex din iċ-ċirkustanza tkun tista’ tiġi diskussa aktar fid-dettal u l-ħidma li issa ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tliet snin mis-Segretarjat tiegħi u l-MEPA wasslet biex il-MEPA toħroġ policy li tirregola kif għall-ewwel darba f’pajjiżna jistgħu joħorġu permessi għal 200 tommna ta’ art li jridu jinbnew b’ċertu kundizzjonijiet, biex l-iżvilupp tal-bini f’dawn l-industrial parks isir b’mod komprensiv.
“Dan il-proġett ser igawdi minnu min għad irid jibda n-negozju tiegħu, min jixtieq ikabbar u m’għandux fejn, u min ma għandux il-permessi meħtieġa fejn qiegħed jaħdem u għalhekk qiegħed ifittex spazju fejn jaħdem bla ma jkollu min ifixklu.
“Issa huwa mistenni li titkompla l-ħidma mas-sidien ta’ l-artijiet ikkonċernati, u dan biex ikun jista’ jinbeda l-proċess ta’ ippjanar għal kull industrial park. Jiena sodisfatt ħafna li wasalna sa hawn. Għad baqa’ ħafna xi jsir biex dan il-proġett isir realtà, iżda issa ħafna xogħol huwa lest u bħala kunċett ta’ ħsieb ġie aċċettat. Dak li rridu nkomplu naħdmu fuqu issa huwa l-mod ta’ kif il-ħsieb isir realtà biex f’inqas minn sentejn oħra jkun possibbli li jkollna numru ta’ industrial parks mibnija biex jilqgħu fihom self-employed u negozji żgħar biex jaħdmu fihom b’kundizzjonijiet li jħarsu l-ambjent u s-saħħa fuq ix-xogħol, u jkun hemm l-organizzazzjoni kollha possibbli biex dawn l-industrial parksikunu żoni nodfa u organizzati.
“Il-proċess tat-tħejjija għal dan il-proġett, li issa huwa lest, jiġi finalizzat meta jingħata l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. Is-siti li fihom ser jinbnew dawn l-Industrial Parks jinsabu fil-Mellieħa, fl-Imġarr, fin-Naxxar, fil-Għargħur, fil-Mosta, fl-Imrieħel, f’Ħal-Għaxaq, f’San Ġwann, fl-Imqabba, fis-Siġġiewi u f’Ħaż-Żabbar” temm jgħid l-Onor. Edwin Vassallo.
DOI 27.05.2004
Stqarrijiet Oħra:
PR261937en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261937